jesusandmary

 

 XHUD VERU TA' KRISTU.

Anna Marija Tauscher kienet bint ministru Luteran prominenti. Ghaddiet il-bicca kbira ta' zoghzitha gewwa Berlin li kienet il-benniena tal-Protestantinezmu. Meta kellha 30 sena hija wiegbet ghal avviz li deher f'gazzetta gewwa Kolon, ghall-posizzjoni ta' kap infermiera f'istitut tal-mard mentali. Hemm hija kienet taghmilha ma' hafna kattolici li sahhewlha l-fehma taghha li tikkonverti u ssir nisranija. Ghal dan il-ghan il-kappillan taha ktieb tal-katekizmu u bdiet tipprepara ruhha bil-mohbi biex tidhol fil-knisja kattolika.

Imma, eventwalment, id-direttur ta' Lindenburg, li kienu anti kattoliku, skopra l-intenzjoni ta' Marija biex tidhol fi hdan il-knisja kattolika. Huwa informa lil missierha u talbu biex jiehu lil bintu lura f'daru. Wara xi ftit gimghat id-direttur iddispjacih mill-pass li ghamel u talab lil missierha biex jerga' jhalliha tmur lura gewwa Kolon. Hekk kif Marija kienet ser thalli darha, missierha talab minn bintu weghda li hija qatt ma tidhol fi hdan il-knisja kattolika. Kull ma weghditu Marija li dak il-pass ma kienx ser ikun dak in-nhar jew l-ghada. Hija ikkonvertit ghall-fidi nisranija fit-30 ta' Otttubru, 1888.

Missierha cahadha u sabet ruhha bla xoghol ghaliex id-direttur ta' l-isptar mhux biss keccieha izda ghamlilha riferenzi hziena. L-unika tama taghha kienet f'Alla. Bil-ghajnuna tal-hbieb taghha nsara hija sabet post bhala mistiedna gewwa kunvent li kien jiehu hsieb ix-xjuh. Hawn Marija kienet l-ghaxqa taghha li tghix ma' Gesu' Sagrament. Fl-ewwel granet li sabet ruhha tghix fil-kuvent, hija tistqarr li kellha esperjenza mill-isbha meta hadet sehem fl-adorazzjoni tal-Kwaranturi jew l-Espozizzjoni tas-Sagrament ghal erbghin siegha. Kienet ferhan ser ittir li ghaddiet sighat twal quddiem il-mahbub taghha. Hasset li Alla kien qed jimla' lill-qalba taghha bil-grazzja qawwija tieghu.

F'dawk ix-xhur ta' talb, silenzju, sofferenza minn mard, faqar u futur incert, Marija skopriet lil Gesu fis-Sagrament Imqaddes bhala l-veru habib u gharus taghha. Kienet thossha fid-dmir li trodd lura mhabbitha ghal imhabba tieghu. Riedet taghmilha ta' missjunarja Ghalih biex iddawwar u tikkonverti erwieh ohra Lejh. "Kemm nixtieq li mmur gewwa Berlin izda tkun maghmulha r-rieda tieghek," kienet tghid lil Gesu'.

Ghaxar xhur wara li sabet kenn fil-kunvent, il-kontessa Von Savigny ta' Berlin stedniha biex tkun ta' kumpannija fil-vjaggi taghha. Kontra qalbha hija accettat l-istedina. Meta kien imissha taghmel is-sahra ta' adorazzjoni matul il-lejl, kienet thossha fl-oghla smewwiet. Il-hsieb li kienet ser tkun 'l boghod mill-Habib taghha, issa li kienet ser thalli l-kunvent, kiddha.

Meta kienet Berlin gieha l-hsieb li twaqqaf dar ghat-tfal bis-700 mark li offritilha il-Kontessa bhala gratitudni. Bil-ghajnuna ta' Monsinjur Jahnel wettqet il-pjan taghha fil-kwartieri fqar ta' Berlin fl-1 ta' Awissu, 1891. Biex tilqah dan l-iskop ahjar hija waqqfet kongregazzjoni tas-sorijiet Karmelitani tal-Qalb Divina ta' Gesu'. Isimha fil-komunita' kien Madre Maria Tereza ta' San Guzepp. Kull sfortunat kien isib il-kenn u l-farag ghandha. Xtaqet li fid-dar ikollha kappella, izda il-Monsinjur kien jaccetta biss taht certi kondizzjonijiet fosthom li Marija ssib sacerdot biex joffri is-sagrificcju tal-quddiesa kuljum.

Ghal xi zmien hija mardet u marret tiehu ftit tal-mistrieh fuq il-muntanji. Kien hawn li ltaqghet ma' Fr Dasbah u semmietlu l-progett taghha. Il-qassis deher interessat u ivvolontarja li ghal hafna granet fil-gimgha jqaddes hu u hajjar sacerdoti ohra biex jiehdu sehem. Fit-8 ta' Dicembru il-kappella giet imbierka u dak in-nhar bil-lejl Marija baqghet wahedha ma' Gesu' il-mahbub taghha fid-dlam miksur biss mid-dawl tal-lampier. Quddiem ir-Re tar-rejiet hija hassitha li kienet tieghu u Hu taghha.

F'din ir-relazzjoni taghha ma' Gesu' mohbi fis-Sagrament Mqaddes hija kienet iggarab l-isbah mumenti ta' ferh u paci. Mietet fl-20 ta' Settembru 1938. Giet dikjarata venerabbli fl-20 ta' Diecembru 2002 mill-Papa Gwann Pawlu II u Beata fit-3 ta' Lulju 2006.


Mill-Kitbiet tal-Beata Maria Tereza Tauscher:

Li nkun nista' nimsah id-dmugh, li nfejjaq il-griehi ta' l-erwieh mis-smewwiet, hija l-akbar xewqa tieghi.

Ejjew nintelqu fi hdan il-Qalb Divina bhal tfal f'dirghajn missierhom. Aktar ma hija kbira it-tama taghna, aktar tidher it-tjubija t'Alla fina.

Ghar-rebha permezz tas-salib! Dik hi t-triq, it-triq irjali tas-salib li twassal lejn is-sema, f'ghaqda ma' Alla.

Make a free website with Yola