jesusandmary

 

KRISTU HU KOLLOX GHALIJA


L-ewwel miraklu li ghamel Pietru mal-maghtub li kien joqghod jitlob il-karita’ hdejn il-Bieb is-Sabih gibed sentimenti ta’ ammirazzjoni tal-poplu izda daqshekk iehor gibed l-istmerrija tal-kapijiet tal-Lhud. Ghal ammirazzjoni tal-Lhud Pietru wiegeb li dak li ghamel, ghamlu permezz ta’ Kristu.

Fejn hemm in-nieqes minhabba l-limitazzjoni tal-bniedem, it-tama fil-qawwa ta’ l-isem ta’ Gesu’ flimkien mal-fidi taghmel ghegubijiet kbar. Huwa Gesu’ nnifsu, li bis-sigill tal-qawmien tieghu mill-mewt jiggarantilna li jigborna mieghu fit-tgawdija eterna. Bil-hila taghna ma nistghux nimmeritaw il-genna, izda bil-fidi u t-tama f’Gesu’ naslu.

Gesu’ ghandu jkun ghalija d-dawl u s-salvazzjoni tieghi. Minn min ghandi nibza’? Ghalija u ghalik, Gesu’ ghandu jkun persuna li jsahharna bhalma affaxxina lil Nikodemu li kien imur ghandu bil-lejl ghax dan l-ghalliem ta’ Israel kien jemmen bis-shih li Gesu’ gej minghand Alla u kull min jimxi warajh ghal ghand Alla jmur. Kemm hija ta’ konsolazzjoni dik is-silta mis-Salm li tghid: Il-Mulej u r-Rghaj tieghek, xejn ma jonqosni.”

Gesu' hu r-Rghaj taghna. Jiehu hsiebna. Ta hajtu ghalina. Jfittixna meta nitbieghdu minnu. Jhabbtilna il-bieb izda ma jiftahx jekk ma nkunx ahna li nifthulu minn gewwa biex nilqghuh. Tant hi kbira l-imhabba tieghu lejna li baqa’ maghna permezz ta’ l-Ewkaristija. L-ikel u x-xorb tar-ruh. Jistenniena biex niltaqghu mieghu bhalma ma jaghmlu zewgt ihbieb. Ma nhallux jistenna. Meta ghandna lilu bhala habib, ghandna l-aqwa haga.


Tajjeb nifmuha li:

  1. Li kollox bi Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu.
  2. Li r-rebha taghna fuq il-hazen gejja mill-Qawmien ta’ Kristu.
  3. Li t-Triq, il-Verita’ u l-Hajja ghalija huwa biss Kristu.

Make a free website with Yola