jesusandmary

 

 INKUNU APPOSTLI TA' KRISTU

 L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju ta' San Mark.
Mk 6, 7-13

F'dak iż-żmien: Ġesù sejjaħ ħdejh lit-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti mniġġsa. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar; la ħobż, la ħorġa, anqas flus fi ħżiemhom; imma: "Ilbsu l-qrieq," qalilhom, "u xxiddux żewġ ilbiesi."

Qalilhom: "Fejn tidħlu f'xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk. U jekk f'xi post ma jilqgħukomx u ma jisimgħukomx, itilqu minn hemm u farfru t-trab minn taħt saqajkom bħala xhieda kontriehom."

Ħarġu mela jxandru biex in-nies jindmu; u keċċew bosta xjaten, u dilku ħafna morda biż-żejt u fejquhom.

Applikazzjoni: Gesu' kien qed jipprepara lil appostli tieghu biex meta jasal iz-zmien u l-waqt jibghat iwasslu l-bxara t-tajba lill-bnedmin. Huma raw il-mirakli li ghamel u semghu t-taghlim tieghu u issa kienu mibghuta biex ixandru dak kollu li raw u li semghu.  Seta' kieku ried l-Iben t'Alla ixandar il-Vangelu tieghu lid-dinja kollha b'kulL mezz imaginabbli, izda huwa ried  lil bnedmin biex jaqduh f'din il-missjoni. Ried il-volontiera. U ghad ghandu bzonnhom. Jghidilna l-imghallem divin taghna Gesu' Kristu li l-haddiem huma ftit izda il-hsad huwa kbir. Mela nitolbu li Sid il-hsad biex jibghat haddiem aktar fil-hsad tieghu.

SEJHA GHAX-XOGHOL

 Zmien ilu qrajt avviz kurjuz ghal-ahhar dwar sejha ghax-xoghol.  L-avviz kien jghid hekk:

Mehtiega haddiema. Kull min japplika jigi accettat basta jkollu rieda tajba li jahdem.

Eta': Minn kbir sa zghir

Sess: Kemm maskil kif ukoll femminil

Hinijiet ta' xoghol: Il-Jum kollu, minn filghodu sa filghaxija.

Kundizzjonijiet: Bla vakanzi u jiem ta' mistrieh.

Kwalifiki: Bzulija u kuragg ghax hafna drabi trid thabbat wiccek ma' hafna inkwiet.

Remunerazzjoni: Minghajr hlas f'din id-dinja izda premju kbir wara din il-hajja li ma jispicca qatt u jitgawda ghal-eternita'.

Post tax-xoghol:  L-ghalqa tal-Mulej.

 Din hi verita' reali ghal kull appostolat fil-ghalqa tal-Mulej.  Kulhadd hu imsejjah biex ikun appostlu awtentiku ta' Gesu', mill-kbir saz-zghir, irgiel u nisa.  Qalilna: "Mhux intom ghaziltuni, izda jiena ghaziltkom, u ghaziltkom biex tmorru u taghtu l-frott."  Izda l-ahhar kelma tkun taghna: iva jew le. Naccetta jew nirrifjuta l-istedina.

 Ix-xoghol ta' l-appostlu huwa kontinwu, ma hemmx vakanzi tas-sajf jew "shutdown" ghal vakanzi tal-Milied jew bidu tas-sena. La l-hazen jiffjorixxi l-hin kollu tal-jum, l-appostlu ta' Kristu jrid jahdem b'qawwietu kollha kontra l-qerda tat-tajjeb kull hin.  "L-ghadu tieghi ghamilli dan", qal sid il-ghalqa meta il-haddiem marru u qallulu, "Inti mhux qamh tajna biex nizirghu, kif telghet ukoll is-sikrana?".

 L-appostlu veru ta' Kristu ghandu jistenna li mhux biss jkun imfixkel izda ukoll persegwitat.  Ghalhekk fiducja kbira f'Alla  u kuragg ghall-gejjieni. Mhux hekk ukoll ghamlu lil Kristu?

 Hlas kbir hemm lest ghal min jahdem fil-ghalqa tal-Mulej, mhux hawn f'din id-dinja izda fil-hajja ta' dejjem.

 Li jghodd fil-missjunarju ta' Kristu mhux kemm ghandu hila jitkellem, jew jekk hux imnissel minn linja nobbli  jew appostlu "five star", imma li ghemilu jirrifletti lil Kristu. Imwarrbu fil-gemb it-tfixkil kollu u ninxtehtu b'ruhna u gisimna ghat-tixrid tas-saltna ta' Alla.

 

Make a free website with Yola