jesusandmary

 

 

FIDI KBIRA F'GESU'

 

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju ta' San Mark.

Mk 4, 35-41

Darba, filgħaxija, Ġesu' qal lid-dixxipli tiegħu: "Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor.'' Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra.

U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela' għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda.

Qajmuh u qalulu: "Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?''Imbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: "Iskot! Biżżejjed!''

U r-riħ waqaf u waqgħet kalma kbira. U qalilhom: "Dal-biża' kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?''U qabadhom biża' kbir, u bdew igħidu lil xulxin: Dan min hu, mela, biex saħansitra r-riħ u l-baħar jisimgħu minnu?

 

L-episodju tal-lum ghandu taghlima importanti ghalina. Hajjitna hija verament vjagg fuq il-bahar taz-zmien sax-xatt ta' l-eternita'. Matul dan il-vjagg li fih ahna inkunu qeghdin naqsmu dan il-bahar zgur li f'xi mumenti ser nhabbtu wiccna ma' xi tempesta'.

Ma hemm ebda vjagg kalm ghal hadd. Din hi r-rieda t'Alla. Il-Mulej Gesu'kien jaf li ser tqum tempesta fuq il-bahar tal-Galilija. Ried li d-dixxipli tieghu jhabbtu wicchom ma' dik ic-cirkustanza tal-biza ghaliex ried li il-knisja futura tieghu jkollha fiducja u tama fil-qawwa tieghu u fil-ghajnuna li joffrilha meta thabbat wicca mat-tribulazzjonijiet u persekuzzjonijiet sal-punt li dawn ghoddhom ikunu qerduha ghal kollox. U kienet tinqered maz-zmien minnhabba l-hallel li kellha thabbat wiccha maghhom izda il-fundatur taghha kien divin u l-weghda ta'Kristu li l-bibien ta' l-infern ma jistghux ghaliha kienet, ghadha u tibqa' valida sa' truf iz-zminijiet. Salvat kull tempesta, mhux biss, izda harget aktar b'sahhitha.

Dik l-istess garanzija ghadha tghodd sal-lum. Din l-garanzija ssahhaha mid-dghufijiet taghha interni li jistghu jkunu ta' hsarat bil-wisq aktar minn persekuzzjoni wahda biss. Kristu qed jistenna biss li nsejhulu. Meta naghmlu hekk hu jghinna biex nikkontrollaw l-irjieh tal-vizzji li jeqirdu mir-ruh taghna l-grazzja tieghu. U d-dghajsa ta' Pietru tidhol mill-gdid f'ibhra kalmi.

Alla jarana niggieldu mat-tempesti f'hajjitna, jippermettihom ghaliex permezz taghhom hu jghinna biex nilqhu l-ghan li ghalih hu halaqna. Jekk nuzaw it-tbatija biex nikbru fl-imhabba t'Alla,  nkunu qed nersqu eqreb lejn Gesu', nkunu qed nintelqu fil-hniena tieghu, u jservu l-iskop ghalxiex hu jippermettihom.

Sfotunatament hemm xi nsara li mhux biss jitolbu spjegazzjoni tat-tjubija t'Alla imma jistaqsu jekk dan Alla jezistix meta jsibu ruhhom wicchom ma' xi burraxka. "Kif jista Alla jekk inhu tant tajjeb," jistaqsu, " jippermetti li jiena nsofri dan kollu, jiena li dejjem kont fidili lejh u habbejtu u mxejtu fuq il-kmandamenti tieghu?" Ghaliex ihallini nbati l-faqar jew dawn is-sofferenzi, dan il-qerq kollu tan-nies ta' madwari meta biss b'kelma tieghu dan kollu jghib minn quddiemi u nerga' nikseb mill-gdid il-ferh u l-prosperita'."

 

Li jinsa n-nisrani hu l-fatt li Alla halaqna biex jaghtina sehem mill-ferh etern fis-sema. U biex tiehu sehem minn din it-tgawdija jehtieg li s-sofferenza tkun il-programm ta' hajjitna. Ma hemmx premju minghajr tbatija. U jekk Alla ghazel it-tbatija ghal aktar zewg persuni li tant huma gheziez ghalih, ghal Ibnu u ghal ommu Marija Ssma, mela x'valur fih is-salib ghal min jaccettah bir-rassenjazzjoni u bla tgergir ? Ahna minn ahna biex naghzlu triq ohra ehfef u minghajr slaleb u tbatijiet. Kristu widdibna li l-iskulari tieghu ghandhom jerfghu salibihom kuljum u jimxu warajh. U ma qaxl kull gimgha jew kull xahar jew hmistax izda kuljum. Il-kelma kuljum fiha x'tifhem u tizen ghaliex is-salib jigri wara kulhadd, hadd ma hu eskluz.

 

Ghalhekk ma nistennewx li niehdu mill-hajja dak li ma tistax' taghtina. Minflok ghandna nuzaw dak li taghtina, is-sabih u l-ikrah, ix-xita u x-xemx, l-ugigh u l-pjacir, bhala mezz ta' ghajnuna biex nilhqu l-ghan li ghalih gejna mahluqa. Hafna drabi ahna nahsbu bhal appostli li Alla nsiena, izda inkun sejra imqarrqa ghax Alla ikun hemm hdejna jarana nithabtu mal- mewg u Hu jkun qed jghinna u jsostnina minghajr ma ahna nindunaw BIH u nhossuh. Bosta drabi i-hsibijiet taghna ikunu imxerrda wisq biex nittendu BIH. It-tempesti ta' hajjitna iqawwu l-fidi ta' min ikun jaf igarrabhom u jfakkruna li pajjizna mhux hawn fid-dinja izda hemm fuq fis-sema hdejn Alla, Marija Ssma , l-angli u l-qaddisin.

 

Make a free website with Yola