jesusandmary

 

 

NGHIDU "IVA" LIL ALLA

 

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evangelju ta' San Mattew (Mt 21, 28 -32)

F'DAK IŻ-ŻMIEN: Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: "Intom x'jidhrilkom? Wieħed raġel kellu żewġ ulied; resaq fuq il-kbir u qallu, ‘Ibni, llum mur aħdem il-għalqa tad-dwieli.' Dak qallu, ‘Ma rridx.' Iżda mbagħad biddel il-fehma u mar. Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. ‘Arani sejjer, sinjur', wieġbu dan; u ma mar xejn. Min minnhom it-tnejn għamel ir-rieda tal-missier?"

"Ta' l-ewwel," weġbuh. "Tassew, ngħidilkom," qalilhom Ġesù, "illi l-publikani u n-nisa tat-triq jaslu qabilkom fis-saltna ta' Alla. Għax Ġwanni ġie lejkom fit-triq tal-ġustizzja, u intom ma emmintuhx. Il-publikani u n-nisa tat-triq emmnuh; iżda intom, għad li rajtuhom, bqajtu sa l-aħħar ma biddiltux fehmitkom biex temmnuh."

Niltaqghu ma hafna nies li jzommu kelmitkom u biex jaghmlu hekk lesti li jghaddu minn gon-nar, imma hemm ohrajn li l-kelma taghhom ma tiswa xejn, ghax jghidu haga u jaghmlu ohra. U fi zmienijietna n-numru taghhom qed jizdied. L-esperjenza tghallimna li inhossuna fic-cert meta naghmluha ma' nies tal-kelma ghaliex huma jagixxu b'mod responsabbli. Nistghu nghidu li Alla jserrah mohhu minna u mill impemm taghna ghalih? Jew l-impenn taghna, il-fidi taghna hija sempliciment kliem li ma jiswa ghal xejn?

Mill-frott taghhom intom tgharfuhom, jghallimna Kristu.

 

Il-vangelu jurina lil Gesu' jipprova jnehhi l-idea mill-imhuh li ghax il-Farizej u l-Iskribi tal-Lhud kienu jemmnu li huma l-maghzula t'Alla, Huwa kellu jqatta aktar hin maghhom u jwarrab lil midimbin, meqjusa minnhom bhala l-iskart tas-socjeta'. Dawn il-Lhud kellhom stima gholja wisq taghhom infushom. U ghalhekk Gesu' jipprova jikkorregilhom din l-idea zbaljata taghhom permezz tal- parabola taz-zewg ulied biex jipproklama li s-saltna t'Alla hija ukoll miftuha ghall-midimbin li jridu jikkonvertu. "Tassew, ngħidilkom," qalilhom Ġesù, "illi l-publikani u n-nisa tat-triq jaslu qabilkom fis-saltna ta' Alla."

Is-saltna t'Alla tikber jew tickien skond il-valuri tal-fidi li wiehed jghix.

Hafna huma l-insara li jixbhu lil dak l-iben li qal lil missieru sejjer u ma mar xejn. Mohhom mistrieh li isimhom miktub fil-ktieb tal-haruf ghax jaghtu donazzjonijiet kbar ghall-karita, jew isimhom imnizzel fuq xi monument, jew ghandhom xi relazzjoni ta' hbiberija mill-qrib ma' xi ufficjali gholjin fil-knisja, jew jifformaw parti minn grupp ta' talb u allura jippretendu li s-salvazzjoni ghalihom hi bi dritt.

Hemm ohrajn imbaghad li jixbhu lil dak l-iben li qal lil missieru ma rridx immur izda wara rega' bdielu u mar. Ghalkemm mhux xi iben mudell imma huwa ahjar minn ta' qablu. Hu tixbieha tal- midimbin li marru jisimghu lil Battista jippriedka u kkonvertew. Jirrapresenta lin-nies ta' zmiena li meta jindunaw li ma hemmx paci ghal minn hu mbieghed minn Alla, jindem u jerga' lura fil-merhla ta' Kristu.

Ezempju car ta' dan l-iben u Santu Wistin li kien bniedem xellerat ghall-mod kif kien jghix. Il-vangelu kien iqisu bhala ktieb ghal imhuh semplici u kien ifittex il-verita' bnadi ohra. Izda meta kellu tnejn u tletin sena, ra d-dawl veru u kkonverta u lil Mulej kien jghidlu: Kemm gharaftek tard O Mulej.

Mhux il-passat li jghodd izda kif qed nghixu l-fidi taghna fil-mument, fid-djar taghna, fil-gruppi taghna, fil-komunitajiet taghna, fuq il-postijiet tax-xoghol taghna, fis-socjeta' taghna u fid-dinja taghna. Din l-istorja tipproponinlna biex nistudjaw lilna nfusna halli naraw kif nahsubha, kif nagixxu u kif nghixu: kultant nilbsu l-maskra biex nuru dak li ahna ma ahniex, biex nghogbu lid-dinja u ninsew lil Alla.

Kif trid tkun il-hajja taghna biex nkunu xiehda awtentici tal-Kelma t'Alla?

Trid tkun leali ghar-rieda t'Alla. Hafna drabi nkunu qeghdin nghixu fil-holm u allura ma nindunawx bl-izbalji taghna. Irridu nqumu fuq taghna u ma nintelqux. Nkissru l-katina ta' l-ghazz fil-hwejjeg t'Alla. Hafna drabi, anzi dejjem insibu hin ghall-htigiet materjali taghna, ghall-mistrieh taghna izda lil Alla noffrulu biss skuzi. Nsib hin ghall-quddiem it-TV, hin ghall-loghob, izda lil Alla nghidlu biex jiskuzani ghax ma ghandiex hin biex nisma' quddiesa jew nghid xi talb iehor, ghax il-lum thabatt hafna u ninsab ghajjien. Il-fidi jehtieg li nuruha bil-fatti u kultant irridu naghmlu s-sagrificcju biex ma nhalluhiex mitluqa jew kwazi mitfija.

Qatt ma ghandna niefqu fil-mixja taghna lejn Alla. Certament ikun hemm mumenti li nhossuna ghajjenin u irridu nintelqu, izda bhal Pietru nghajtu lil Mghallem taghna u nghidulu:"Mulej salvana, ghax ser negherqu." Pero' sostnuti bit-talb u l-grazzja t'Alla nipperseveraw sa l-ahhar. "Imberkin dawk li jipperseveraw sa l-ahhar," jghid il-Mulej Gesu'.

Jalla ‘l-iva' taghna lil Alla tibqa' miexja maghna sa ma ruhna thalli lil gisem taghna.

 

Make a free website with Yola