jesusandmary

 

 

L-EWKARISTIJA (1)

 

"Id-devozzjoni lejn l-Ewkaristija, jghidilna San Piju X, il-Papa ta' l-Ewkaristija hija l-aktar haga nobbli u gholja ghaliex ghandha bhala oggett lil Alla niffsu, esseri l-aktar nobbli u gholi; hija l-aktar haga salutary ghaliex taghtina l-Awtur tal-grazzja; u l-aktar helwa ghaliex helu hu il-Mulej taghna."

Id-devozzjoni lejn l-Ewkaristija, flimkien mad-devozzjoni lejn il-Madonna, hija devozzjoni tas-sema, ghaliex hija d-devozzjoni li ghandhom l-Angli u l-Qaddisin tas-sema. Tghidilna Santa Genna Galgani: "Gib quddiem ghajnejk skola gewwa l-Genna. Titghallem thobb biss. L-iskola hija c-cenaklu, l-imghallem hu Gesu', id-duttrina tieghu hija Gismu u Demmu."

L-Ewkaristija hi Gesu', Imhabba taghna. Ghalhekk l-Ewkaristija hija Sagrament ta' l-Imhabba u ta' l-Imhabba fil-milja taghha : fiha jinsab Gesu' haj u veru li hu "Alla Imhabba" , dak Alla "li habb lil tieghu li kienu fid-dinja habbhom sa l-ahhar." (Gwanni Kap 13 vers 1) "Dak li ma jhobbx ma jaghrafx lil Alla, ghax Alla hu Imhabba." (Ittra San Gwann Kap 4 vers

L-Ewkaristija tirraprezenta l-aktar espressjonijiet profondi u gholja ta' imhabba: l-imhabba misluba, l-imhabba li tghaqqad, l-imhabba li taghti qima, l-imhabba li titlob. Gesu' Ewkaristija hu Imhabba misluba fis-sagrificcju tal-Quddiesa fejn tiggedded l-offerta tieghu ghalina; hu Mhabba li ggib l-ghaqda sagramentali u spiritwali fejn insiru haga wahda meta nircevuh fl-Ewkaristija, huwa l-Imhabba li noffru bhala qima ghaliex huwa offerta ta' adorazzjoni lil Alla il-Missier, huwa l-Imhabba li titlob ghaliex permezz tieghu u bih u fih ahna nghaqqdu it-talb taghna u npogguh f'idejn Alla biex jismaghna.

"Li Gesu' jigi joqghod fir-ruh taghna, jfisser li ahna tieghu; hekk hu saltna perfetta ta' imhabba," jikteb San Pietru Giuliano Eymard. Permezz ta' l-Ewkaristija, f'kull min ghandu qalb safja jsehh dan "ir-renju perfett ta' imhabba" li jressaqna lejn it-Tabernakli Mqaddsa u jghaqqadna ma Gesu' Ostja b'umilta' u mhabba. Gesu' fl-Ewkaristija, jaghti lilu niffsu ghalina bhala sagrificcju bl-umilta' u mhabba infinti.

San Frangisk meta jitkellem fuq l-Ewkaristija jghid li hija haga li tghaggbek meta tilmah l-Iben t'Alla u Alla niffsu, is-Sinjur ta' l-Univers, jumilja ruhu u jinheba taht ix-xbiha ta' hobz ghal ghexien u l-farag ta' ruhna. "Araw huti kemm Alla umilja ruhu....Ghalhekk ersqu biex tilqghu lil Dak li jaf kollox fuqkom."

San Alfons de Liguori jkompli jzid: "Kemm hu invenzjoni ta' imhabba is-Santissmu Sagrament, li taht il-figura tal-hobz jressaqna lejh biex inhobbuh u nsibu lil dak li jixtieq jiltaqa' maghna."

Gesu' Ewkaristija huwa t-triq sigura li tmexxina lejn il-Missier, flimkien ma' Marija l-Omm Divina tieghu u s-sacerdot li kuljum jaghtihulna fis-sagrificcju tal-Quddiesa.

Make a free website with Yola