jesusandmary

 

 

L-ISPIRTU TA' KRISTU.

 

 Il-qdusija tat-tempju [Ġw:2:13] Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela' Ġerusalemm.[Ġw:2:14] Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus.[Ġw:2:15] Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll 'il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta' dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed.[Ġw:2:16] U lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: "Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju?"[Ġw:2:17] Id-dixxipli ftakru f'dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura,"Il-ħeġġa għal darek fnietni."

 Kristu wera spirtu lejn il-gieh t'Alla .

 Ġesù jaħsel saqajn id-dixxipli Ġw:13:4] Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma' qaddu.[Ġw:13:5] Mbagħad ferragħ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma' qaddu.[Ġw:13:6] Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: "Int, Mulej, taħsilli saqajja?"[Ġw:13:7] Ġesù wieġbu: "Int għalissa ma tafx x'qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar 'il quddiem."[Ġw:13:8] Qallu Pietru: "Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja?" Wieġbu Ġesù: "Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x'taqsam miegħi."[Ġw:13:9] Qallu Xmun Pietru: "Mulej, mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll."[Ġw:13:10] Qallu Ġesù: "Min hu maħsul, ma għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma mhux ilkoll."[Ġw:13:11] Għax hu kien jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal, 'M'intomx ilkoll indaf.'[Ġw:13:12] Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u raġa' qagħad fuq il-mejda.

 Kristu wera spirtu ta' umilta' x'hin tara r-re tal-glorja jaghmel ix-xoghol ta' seftur.

 It-tfajjel Ġesù fit-tempju [Lq:2:42] Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skond id-drawwa ta' dik il-festa.[Lq:2:43] Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa' Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu.[Lq:2:44] Huma ħasbuh qiegħed ma' xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom,[Lq:2:45] ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh.[Lq:2:46] Wara tlitt ijiem sabuh fit-tempju, bilqiegħda f'nofs l-għalliema, jismagħhom u jistaqsihom;[Lq:2:47] u kull min semgħu baqa' mistagħġeb bid-dehen u t-tweġibiet tiegħu.[Lq:2:48] Kif rawh, nstamtu, u ommu qaltlu: "Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b'qalbna maqsuma?"[Lq:2:49] U hu qalilhom: "U għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jiena għandi nkun f'dak li hu ta' Missieri?"[Lq:2:50] Iżda kliemu ma fehmuhx.[Lq:2:51] Mbagħad niżel magħhom u raġa' mar Nazaret; u kien jobdihom.

 Kristu wera spirtu ta' stima lejn it-taghlim, ghajn ta' kull gid.

 Ġesù jqajjem lil bin l-armla ta' Najn mill-mewt [Lq:7:11] Wara dan imbagħad mar f'belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta' nies.[Lq:7:12] Kif wasal qrib il-bieb tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta' nies mill-belt.[Lq:7:13] Kif raha l-Mulej tħassarha."Tibkix?" qalilha.[Lq:7:14] Resaq, u mess it-tebut. Dawk li kienu qegħdin jerfgħuh waqfu. U hu qal: "Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum?"[Lq:7:15] U l-mejjet qam bilqiegħda u beda jitkellem. U Ġesù tah lil ommu.[Lq:7:16] In-nies kollha tkexkxu bil-biża', u bdew jagħtu glorja lil Alla u jgħidu: "Profeta kbir qam fostna?" u,"Alla żar il-poplu tiegħu."

 Kristu wera spirtu ta' hniena li jfarrag lil imnikktin.

 Ġesù u Żakkew [Lq:19:1] Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq.[Lq:19:2] Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani.[Lq:19:3] Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir.[Lq:19:4] Għalhekk mar jiġri 'l quddiem u xxabbat ma' siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi.[Lq:19:5] Ġesù, kif wasal hemm, ħares 'il fuq u qallu: "Żakkew, isa, inżel minn hemm, għax illum jeħtieġli noqgħod għandek."[Lq:19:6] Dak niżel bla telf ta' żmien, u kollu ferħan laqgħu għandu.

 Kristu wera spirtu ta' hidma u ta' kura lejn il-konverzjoni tal-midimbin.

Make a free website with Yola