MEXXINI INTI MULEJ.
Meta Stiefnu gie mressaq quddiem is-Sanhedrin biex iwiegeb ghal akkuza falza li hadha kontra l-Mulej bid-dagha, huwa beda’ d-difiza tieghu billi wera’ kemm kien nobbli l-poplu Lhudi, ghaliex kien Alla li ghazlu minn tant popli ohra biex ikun il-poplu tieghu. Matul iz-zminijiet Alla wera’ hniena kbira mal-poplu tieghu meta wettaq ghegubijiet kbar u helsu minn bosta diffikultajiet. Baghatlu mexxejja u profeti biex iharsuh u jmexxuh izda bosta drabi kienu pprersegwitati mill-mexxejja tal-poplu. Fl-ahhar baghatilna lil Ibnu izda lil dan ukoll warrbuh, cahduh u qatluh imma fit-tielet jum Huwa qam minn bejn l-imwiet.
Ma hemmx dubbju li l-poplu nisrani huwa daqstant iehor onorat li Alla ghazlu biex ikun il-mexxej tieghu. Alla jieqaf maghna kontinwament, iharisna u jaghtina lilu nnifsu, u permezz tas-sagramenti jimliena bl-Ispirtu Qaddis tieghu. Minkejja dan kollu l-bniedem xorta baqa’ jwarrab lil Alla, ma jaghtix kasu, u sahansitra joffendih bid-dnub. Jippreferi lix-xitan u l-opri hziena tieghu. F’hafna cirkustanzi ahna ghazilna aktar id-dlam milli d-dawl. Fittxejna l-mewt flok il-hajja. Imma ghaliex il-bniedem hu tant rasu iebsa li ma jridx jaf b’Alla? Huwa l-ghamad ta’ l-egoizmu li jcajprilna l-prezenza t’Alla. Meta il-gibdiet tal-gisem (ix-xewqa zejda ghal flus, id-dizonesta’, il-girja sfrenata wara l-unuri u tant tfixkil iehor) qeghdin jiehdu post Alla f’qalbna, nibdew naraw lil Alla xkiel u zejjed, u nwarrbuh fil-gemb meta l-pjanijiet taghna ma jkunx jaqblu ma’ tieghu.
STQARRIJA
O Alla kemm-il darba hrabt minnek u rajtek bhala indhil zejjed ghalija izda dejjem gharrali ghax hsibt li ser insib il-veru paci meta wara indunajt li kien sliem fittizju. Ma’ Santu Wistin ikolli nistqarr li qalbna qatt ma tista’ issib serh jekk ma tistriehx Fik.
Inti biss tista taghtina s-sliema u l-hena. Forsi jiena ma inhiex stampa ohra tal-poplu Lhudi. Jekk il-poplu Lhudi kiser il-ligi tieghek, jiena ma ghamiltx inqas minnu, jekk huwa hadha kontra l-mexxejja li qeghedt fuq il-poplu tieghek, jiena ukoll gie li gergirt kontra l-mexxja tal-knisja tieghek u ghidt li dawn ma jifhmux.
Jekk inti O Alla wrejt il-qawwa tad-driegh tieghek mal-poplu Lhudi meta hrigtu minn taht il-hakma tal-Farawni, Inti xejn inqas ma ghamilt mieghi meta baghat lil Ibnek biex bit-tbatija tieghu jiksibli mill-gdid il-helsien.
Ta’ dan kollu flok raddejtlek hajr Mulej jiena hallestek qares. Tini l-grazzja tieghek biex dawk l-ghejjun tal-hajja li nfethu ghalija fuq is-salib ikunu ta’ siwi kbir ghalija. Nal li Inti taccettani kif jien bid-difetti kollha tieghi izda tridni nimbidel. Dan lest li naghmlu Mulej. Hemm xi jfixkilni. Ieqaf mieghi u henn ghalija ghax f’haddiehor ma nittamax hlief Fik O Alla ta’ Israel.
FIL-QOSOR
Alla wera’ juri u jibqa’ juri l-hniena u l-providenza tieghu maghna il-bnedmin.
Alla jtella’ ix-xemx u jibghat ix-xita kemm fuq it-tajbin kif ukoll fuq il-hziena.
Spiss nistqarr quddiem Alla li jiena midneb u nurih indiema tan-nuqqasijiet tieghi.