jesusandmary

 

 ULIED ID-DAWL

 

QARI MILL-VANGELU TA' SAN LUQA Lq 2, 22-40

Meta għalqilhom iż-żmien għat-tisfija tagħhom, skond il-Liġi ta' Mosè, ħadu lil Ġesù f'Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, (bħalma hu miktub fil-Liġi tal-Mulej: ‘Kull tifel li jitwieled l-ewwel wieħed, jiġi kkonsagrat lill-Mulej', u biex joffru b'sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen', kif jingħad fil-Liġi tal-Mulej. Kien hemm f'Ġerusalemm raġel, jismu Xmun. Dan kien raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta' Iżrael, u l-Ispirtu s-Santu kien fuqu. U kien imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu li ma kienx se jara l-mewt qabel ma jara l-Kristu tal-Mulej. Ġie mela fit-Tempju, imqanqal mill-Ispirtu, u xħin il-ġenituri ġiebu t-tarbija Ġesù biex jagħmlulu dak li kienet trid il-Liġi, huwa ħadu fuq dirgħajh, bierek 'l Alla u qal: "Issa, O Sid, tista' tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem, skond kelmtek; għaliex għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek, li int hejjejt għall-popli kollha: dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael." Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b'dak li kien qiegħed jingħad fuqu. Xmun berikhom, u qal lil Marija, ommu: "Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta' ħafna f'Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh - u int ukoll, min-naħa tiegħek, sejf jinfidlek ruħek! - ħalli jinkixfu l-ħsibijiet moħbija ta' ħafna. Kien hemm ukoll waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta' Aser. Din kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba' snin miżżewġa, u mbagħad baqgħet armla. Sakemm kellha erbgħa u tmenin sena ma kinetx titwarrab mit-Tempju, lejl u nhar taqdi fis-sawm u t-talb. Dak il-ħin stess waslet, u bdiet tfaħħar 'l Alla, u titkellem fuq it-tarbija ma' dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa ta' Ġerusalemm.) Meta temmew kull ma kellhom jagħmlu skond il-Liġi tal-Mulej, reġgħu lura lejn il-Galilija, fil-belt tagħhom Nażaret. U t-tifel baqa' jikber u jitqawwa u jimtela bil-għerf. U l-grazzja ta' Alla kienet fuqu.

 

 HSIEB

 

Kristu ghandu jkun d-dawl ghalina li jghinna nohorgu mid-dlam ghad-dawl. Permezz ta' dan id-dawl ahna lkoll rajna s-salvazzjoni t'Alla, rajna jinhall l-irbit tad-dlam taghna biex niksbu l-helsien. L-irbit tad-dlam taghna hu l-egozimu, il-mibgheda ghall-ohrajn, ir-rebgha ghall flus, il-vizzju li jassarna u kull haga ohra li tghammdilna ghajnejna u ma thalliniex naraw id-dawl.

 Izda Kristu hallna minn dan l-irbit biex ahna nkunu belt fuq muntanja ghal hutna, melh tajjeb ta' l-art li ma jigix mormi izda biex jaghti toghma tajba lil ikel. Lil dan Kristu, il-hellies taghna ilqajnieh fi qlubna u naghmlu hilitna kollha biex inzommuh jghammar hemm, go dik id-dar ta' mhabba. Kristu wera lilu nnifsu li hu Alla bi kliemu u sahhu b'ghemilu. Il-mirakli hu xiehda ta' dan Gesu' gie fid-dinja biex kull min jemmen fih ma jibqax fid-dalm imma jkollu d-dawl tal-hajja. U biex din il-verita' tohrog aktar cara u fil-berah il-Knisja fil-Liturgija taghha ta' Sibt il-Ghid turi lis-sacerdot jixgħel il-blandun b'simbolu tad-dawl ta' Kristu u minnu nieħdu d-dawl aħna lkoll. Kull ma hu tajjeb ġej mid-dawl ta' Kristu, iżda dak li hu ħażin ġej mid-dlam ta' Satana. Ahna ilkoll ulied id-dawl gia la darba niehdu d-dawl taghna mid-Dawl il-Kbir li hu Kristu Gesu'

. Ningħarfu li aħna wlied id-dawl jekk inħobbu lil xulxin bħall-aħwa. Il-bniedem li jgħix bħal iben id-dawl jiddi quddiem l-oħrajn: "hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, sabiex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja 'l missierkom li hu fis-smewwiet" (Mt 5,16). Jekk irridu nghozzu dan id-dawl jehtieg li nisrhu fit-talb, nahsbu li ahna kontinwament ninsabu fil-prezenza t'Alla u dejjem naghmlu r-rieda tieghu. Tfixkil ser insibu zgur biex dan id-dawl johodlu postu d-dlam izda nistinkaw biex din il-fjamma tad-dawl ma tmut qatt. Marija Ssma, Omm Gesu' tghinna kif inhallu din il-fjamma hajja. La darba l-bniedem ikun ingħata kollu kemm hu għad-dawl veru, hu jista' jittama li wara mewtu hu se jiltaqa' ma l-istess Dawl Divin u jgħix għal dejjem miegħu.

Make a free website with Yola