jesusandmary

 FIL-KAMRA TA' FUQ



[Atti:1:13] Xħin daħlu l-belt, telgħu fil-kamra ta' fuq tad-dar fejn kienu joqogħdu. Huma kienu: Pietru u Ġwanni, Ġakbu u Indrì, Filippu u Tumas, Bartilmew u Mattew, Ġakbu bin Alfew, u Xmun jgħidulu l-Imħeġġeġ, u Ġuda bin Ġakbu. [Atti:1:14] U lkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma' xi nisa u ma' Marija, omm Ġesù, u ma' ħutu.( KIENU GRUPP TA' MADWAR 120 RUH FIL-KAMRA.)


Zgur li qabel ma tela' is-Sema, Marija kellha cans li tati l-ahhar tisliet lil Binha Gesu'. Kienet taf wkoll li jum wiehed hija kellha tarah ghal darb'ohra, pero din id-darba biex tibqa' mieghu ghal dejjem fil-genna.

Narawha li wara t-Tlugh ta' Binha fis-sema, hija baqghet mad-dixxipli u l-Appostli fil-Kamra ta' Fuq. Ma rtiratx wahedha billi telqet lura lejn Nazaret biex hemm tiftakar fil-grajjiet li ghaddha minnhom Binha u li fl-ahhar hareg rebbieh. Le hija baqghet hemm mal-Knisja Tieghu, mas-segwaci tieghu, titlob maghhom, taghmillhom kuragg ghaliex ftit tal-jiem ohra u huma kellhom jintlew bil-qawwa ta' l-Ispirtu Qaddis biex jaffrontaw il-persekuzzjoni u kull tbaijiet ohra, billi riedu jaghmlu dak li ordnalhom Kristu: "Morru ghallmu l-gnus kollha."

Marija kienet qisha ommhom u tassew li kienet hekk ghaliex Kristu hekk riedha li tkun: Omm il-Knisja. "Giovanni hekk hu Ommok," qal lid-dixxiplu tieghu, wsqt li kien qed imut fuq is-salib.. U minn dak il-hin Giovanni hadha b'omm tieghu u tad-dixxipli l-ohra li minnhom harget il-Knisja b'Kap taghha li hu Kristu.

Nitolbu lil Marija biex bhala Omm il-Knisja tiddefendiha mill-assalti u minn kull ghawx tax-xitan li l-interesstieghu hu li jara li l-knisja hija dghajfa.

Pero' ma ninsewx kliem il-fundatur taghha li l-bibien ta' l-infern ma jistghux ghaliha.

Sadanitant li ghaddejja l-glieda mad-dlamijiet ta' l-infern nissuplikaw lil Omm il-Knisja biex tintercedi ghaliha quddiem Binha.

 

Make a free website with Yola