jesusandmary

IL-LEPANTO FOSTNA

HAWN JINSAB IL-LEPANTO PERSONALI TIEGHEK.
  
Jekk irridu nghogbu lis-Sinjura taghna tas-Sema, allura jehtigilna li niggieldu l-Battalja ta’ Lepanto bis-sahha tar-Ruzarju. Hekk kif din it-talba gabet ir-rebha ghal armata ta’ l-Insara kontra l-ghadu tar-religjon fil-Battalja ta’ Lepanto fis-sena 1571, hekk ukoll din it-talba iggib rebhiet kbar fid-dinja ghajjiena u aggonizanti ta’ zmienna. Ikonna nistqarru, irridu jew ma rridux, li l-familja kattolika flimkien mal-knisja qed tiddghajjef  bil-kif. Hafna kattolici telqu l-prattika tar-religjon filwaqt li l-ispirtu tad-dinja hakem u nvada lil opra ta’ Kristu. Il-familji kattolici ftit jew wisq jinsabu mharbta.  Irridu naqdu lil Alla u lix-xitan bil-konsegwenza li hafna erwieh qed jintilfu gewwa l-Infern kif stqarret is-Sinjura ta’ Fatima. U waqt li wissietna dwar dak li qed isehh, hija offritilna rimedju – it-talba sabiha tar-Ruzarju.

IR-RUZARJU L-AHHAR CANS.  

Il-Madonna, l-Omm taghna spiritwali, qed tipprova tghallimna napprezzaw il-kobor u l-qawwa tar-Ruzarju, biex bis-sahha tieghu nsolvu l-problemi u t-theddid ghas-salvazzjoni taghna. Gewwa Lourdes hija dehret lil Bernardette u maghha talbet din it-talba. Gewwa Fatima hija ordnat lit-tfal biex jitolbu hafna ir-Ruzarju u jghidu lin-nies jaghmlu hekk ukoll. Gewwa Akita, fis-sena 1973, is-Sinjura terga’ ghal darb’ohra tishaq dwar il-htiega li l-insara jghidu r-Ruzarju: “Jekk il-bniedem ma jaghmilx indiema u jikkoregi ruhu Alla ser jibghat kastigi kbar fuq l-umanita’.

San Piju minn Pietralcina kien jghid madwar 30 u 50 ruzarju kuljum.  Hu kien jirreferi ghar-Ruzarju bhala l-ARMA.

Santa Lucija ndikat l-istess haga meta qalet li l-Madonna qalitlha fil-presenza ta’ kuginietha li Alla ta lid-dinja l-ahhar zewg rimedji; ir-Ruzarju u d-devozzjoni lejn il-Qalb Immakulata ta’ Marija. Dawn huma l-ahhar rimedji li jfisser ma ma hemmx ohrajn.” (Santa Lucija lil Fr. Fuentes fis-sena 1957.)

MINN DIZASTRU GHAL IEHOR.
  
Fi zmien il-Battalja ta’ Lepanto (1571) id-dinja nisranija kienet dizastru, l-istess bhal ma hi f’dizastru il-lum. Ftit ta’ ghexieren ta’ snin qabel ir-rivoluzzjoni protestanta ta’ Martin Luteru (1517) harbtet hafna erwieh.

Fuq dan it-telf kbir ta’ l-erwieh mill-knisja kattolika ghall-knisja protestanta kienet tiddomina 
Illum qed naraw l-istorja tirrepeti ruhha. Anzi naraw lid-dinja qed tinzel aktar fil-hama. Il-Fidi taghna kattolika qed issofri minn tant indifferenza, bruda, ribelljoni u apostasija ta’ bosta nsara. Il-profeziji u l-ammonizzjonijiet tas-Sinjura jindikaw li l-affarijiet sejrin aktar lura qabel ma Alla u l-Qalb Immakulata taghha jgibu rebha. U rebha jgibu zgur minkejja li x-xitan qed jaghmel hiltu kollha biex iharbat il-bxara t-tajba ta’ Kristu.

L-GHADU QED JAVVANZA. 

Hekk kif l-imperu Ottoman kien javvanza minn belt ghal ohra u jahtaf parti wara l-ohra mill-Ewropa nisranija, hekk ukoll jaghmel l-ghadu ta’ l-indifferenza, bruda, ribelljoni u apostasija fiz-zmien tal-lum.  Il-hajja tar-ruh tal-familji kattolici, inkluza l-knisja, qed titnawwar ftit ftit mill-hajja mundana.  Dak li habbret is-Sinjura tas-Sema qed isehh: hafna naqsu li jattendu l-quddiesa tal-Hadd, inqas minn 5 fil-mija tal-Kattolici jghidu r-Ruzarju, u l-hajja fid-dnub il-mejjet u venjal hija haga komuni. Iz-zaghzagh huma njoranti f’materji ta’ Fidi, u n-numru ta’ kattolici li japostataw huwa dejjem jikber. L-effett ta’ dan kollu jaffettwa l-familja kattolika. Illum aktar minn qatt qabel japplikaw kliem il-Mulej ghal inkwiet taghna.

SER NIEQFU LIL DAN KOLLU?

Make a free website with Yola