jesusandmary

IS-SINJURA TAR-REBHA

Fil-kappella li thares lejn it-tramuntana tal-katidral sabih ta' Sante Fe hemm statwa li bilkemm hija tlett piedi gholja, tirraprezenta lil Marija Ssma . Hija xoghol spanjol imlibbes b'ilbies irrakmat mill-isbah. Ix-xbiha tidher inkurunata b'kuruna mimlija gawhar. Wiccha jixhed serenita' u dieqa bhalma meta dehret gewwa Fatima. Fost l-abitanti ta' Santa Fe hija maghrufa bhala l-Madonna Conquistadora. Il-Madonna tar-Rebha.

Kien il-missjunarju Fray Alonso da Nenevides li gab mieghu din ix-xbiha qaddisa u qeghdha ghall-qima ta' l-insara b'ceremonja kbira fil-knisja ta' Santa Fe. Matul is-snin l-insara warrbu l-prattika tar-religjon. Marija dehret f'vizzjoni lil tfajla u wissietha li l-kolonja ser tghaddi minn inkwiet u tharbit minhabba li l-popolazzjoni naqqset mir-rispett lejn Alla, il-Fidi u s-sacerdoti.
U hekk gara ghaliex fis-sena 1680 l-Indjani tal-post haduha kontra l-ispanjoli li kienu jghixu hemmhekk. Wiehed u ghoxrin sacerdot gew maqtula u l-ispanjoli kolonisti gew imkeccija mir-regjun. L-istatwa pero' inhelset mill-qerda tan-nirien li hakmu l-knisja waqt il-glied u giet mehuda lura fil-Messiku mill-kolonisti li harbu l-qilla ta' l-indjani.

Ma kienx qabel is-sena 1691 li r-re ta' Spanja baghat lil Don Diego de Vargas biex jipprova jerga' jiehu taht idejh il-belt ta' Santa Fe. Kien kavallier kuraggjuz imma fuq kollox kattoliku devot u prattikanti. Don Diego ha mieghu l-istatwa ta' Marija Ssma hekk kif dahal fil-Messiku. Ghalkemm kellu armata zghira huwa kien kapaci jinnegozja ftehim ma' diversi popli indjani.

Huwa attribwixxa dan is-success tieghu lil Marija, Regina Sovrana. Jinghad li hu wieghed li jibnilha kappella u jzomm purcissjoni annwali jekk hija taghtih il-grazzja li jkollu rebha fuq l-indjani ta' Santa Fe minghajr tixrid ta' demm, grazzja li bl-intercessjoni taghha huwa qala'.
Meta wasal Santa Fe, l-indjani ma ridux jaccettawh. L-armata tieghu kienet zghira fin-numru u kien sfurzat li jiggieled battalja ma' forza numerikament superjuri.

Il-kolonisti talbu r-Ruzarju waqt li l-armata kienet tiggieled u wara biss jum ta' glied, filghaxija Don Diego rebah u dahal fil-belt. Huwa rrikonoxxa r-rebha lil Marija u bhala turija ta' sovranita' huwa qieghed f'idejha xettru ta' ufficcjal.

Is-santwarju huwa figura tal-fidi u devozzjoni li ghandhom gheruq profondi fost il-popolazzjoni ta' Santa Fe li jesprimuha permezz ta' purcissjonijiet, festi u celebrazzjonijiet ohra ta' fidi.

L-istatwa kienet formalment inkurunata mill-Kardinal Francis Spellman u fis-sena 1960 rceviet Koronazzjoni mill-Papa.

Make a free website with Yola