MARIJA TISTEDINNA NERSQU LEJN L-EWKARISTIJA
Sacerdot habib tieghi jhobb jghid storja ta’ kif jahseb li jigri meta nirfsu s-sema. Jghid li l-ewwel persuna li niltaqghu maghha tkun Gesu’ Kristu li johdilna b’idejna u ahna nhossu s-shana ta’ idu. Jifirhilna ghax irbahna l-premju tal-genna, bhalma n-nies jifirhu lil min kellu xi success fil-hajja. Nibqghu mistghagba b’dak li naraw dak il-hin. Nassumu li ma nitilqulghux idu; it-tieni persuna li naraw tkun ommu li tkun tistenniena biex tghannaqna u dejjem skont il-habib taghna tlestilna mejda b’xi haga delizzjuza x’nieklu. Ghaliex dak li jaghmel omm lhudija tajba – toffri lill-mistednin taghha ikel u ikel tajjeb.
Naturalment tghidx kemm jitbissmu n-nies li jisimghuh jghidha u meta jghidha hu ahjar milli rrakontajtha jiena.
Bhalma l-omm li tmur hdejn il-bieb u tghajjat lil uliedhali jkunu qed jilghabu biex jidhlu jieklu, hekk Marija Ssma kontinwament issejhilna biex nidhlu gewwa, u nieklu. Taf bizzejjed xi kwalita’ ta’ ikel ghandna bzonn ghaliex dejjem kien ic-centru tal-Qalb Immakulata taghha, dik il-qalb li dejjem habbtet flimkien ma’ ta’ Binha, dik il-qalb li kienet hi li tatu l-ikel u li zammu haj ghal disa’ xhur shah fil-guf taghha.
Huwa floku li tikkomtempla li meta sar bniedem fil-guf verginali taghha, dak li ma jonqsu xejn sar dipendenti, li l-Kreatur sar bhal kreaturi tieghu, jiddependu biex jghixu fuq l-omm. Bil-gisem imqaddes taghha hija harsitu u sahhitu fizikament.
Din l-Omm taghna tas-sema tghallimna kif inbaxxu rasna ghal Alla minghajr ebda kondizzjoni. Kellha fidi ghamja f’Binha. “Aghmlu dak li jghidilkom Hu,” qalet lill-qaddejja fit-tieg ta’ Kana.
Hija tmexxina lejn Binha, l-Ikel tal-hajja ta’ dejjem u nisthajlu li qed terga’ ittenni dak il-kliem ta’ Kana “Aghmlu dak li jghidilkom Hu.” X’jghidilna? Biex nesqu Lejh ghax min jiekol Gismu u jixrob Demmu jkollu l-hajja ta’ dejjem.
U meta nhossuna ghajjenin mit-tahbit ta’ din il-hajja hija tersaq lejna u ikoll tistedinna biex nieklu minn dak il-Hobz Haj li nizel mis-sema bis-sahha taghha u ghas-sahha taghna.