jesusandmary

IS-SINJURA TA’ SOVIORE, MONTEROSSO, LA SPEZIA, LIGURIA, ITALJA.

 

L-istorja tghid li hekk kif is-suldati l-Lombardi avvicinaw il-villagg ta’ Soviore fis-sena 641, l-abitanti tal-lokal difnu l-istatwa tal-Madonna biex iharsuha mill-qerda u harbu lejn il-Mediterran, fil-belt ta’ Monterosso fl-inhawi li llum huma maghrufa bhala c-Cinque Stelle.

Mitt sena wara fis-7 ta’ Lulju tas-sena 740, il-kappillan kien qed jikkaccja fi sbieh il-jum meta nnota hamiema tinzel go hofra fl-art.  L-isforzi tieghu biex jikxef il-mohba sfaw ghalxejn billi kien hemm gebla kbira. L-ghada huwa mar ma’ tlett parruccani ohra u bil-pala u zappun irnexxilhom li f’dik il-hofra isibu statwa tal-Madonna.  Meta l-kappillan ipprova jgorrha d-dar, kienet wisqa tqila u halliha hemm.

Il-jum ta’ wara n-nies gew jaraw l-istatwa u sabuha fuq quccata ta’ sigra tal-qastan. Huma nizzluha, imma ghal bosta jiem li gie ripetut dan il-gest: l-istatwa sabet ruhha hemm fuq, fuq il-quccata tas-sigra tal-qastan. L-abitanti tal-post hadu dan il-gest bhala sinjal mis-sema biex timbena’ kappella f’dak il-lok.

Fil-bidu l-14-il seklu l-abitanti raw li kienet haga flokha li jibnu santwarju iehor fuq dak esistenzi. Hawn ghal aktar minn 12 il-mitt sena baqghet ferma l-qima lejn il-Vergni Marija, maghrufa hafna ghal bosta mirakli li taghmel mad-devoti taghha.

L-immagini taghha turi statwa ta’ l-injam li tirraprezenta lil Vergni Mbierka b’binha mejjet fuq hogorha.

Il-festa taghha hija kkommemorata fis-7 ta’ Lulju u 15 ta’ Awissu.

 

NITOLBU LIL MARIJA BIEX GHALL-MERTI TAL-MEWT U L-QAWMIEN TA’ BINHA GESU’ FLIMKIEN MAD-DULURI TAGHHA, NIRBHU KULL TFIXKIL FIL-MIXJA TAGHNA LEJN IS-SMEWWIET, PAJJIZNA.


Make a free website with Yola