IS-SINJURA TAS-SUCCESS IT-TAJJEB (QUITO, EQWADOR) 2 TA’ FRAR
Is-Sinjura tas-Success it-Tajjeb tidher lil Madre Mariana de Jesus Torres fil-kunvent taghha gewwa Quito fl-Ekwador titlobha li taghmel statwa fuq l-immagini taghha u wissietha li fl-20 seklu l-fidi u l-vokazzjonijiet ser jonqsu.
L-ISTORJA
1563
Titwieled Mariana de Jeus Torres.7
1577
Grupp zghir ta’ sorijiet religjuzi flimkien ma’ tfajla ta’ 13 il-sena msejha biex tidhol soru fil-kongregazzjoni taghhom (Mariana) itemmu vjagg iebes bil-vapur minn Spanja sa l-Ekwador biex iwaqqfu l-ewwel kunvent ta’ l-ordni taghhom gewwa Quito.
1582
Mariana tmut ghal l-ewwel darba. Darba fil-Genna taghzel li tirritorna lura fuq l-art biex issofri bhala vittma espjatorja ghad-dnubiet ta’ l-20 seklu.
1588
It-tieni mewt taghha kienet fil-jum tal-Gimgha lKbira wara dehra li fiha rat l-abbuzi orribbli u l-ereziji li kienu ser jolqtu lill-knisja. F’Hadd il-Ghid hija qamet mill-gdid ghall-hajja fuq din l-art.
1594 , 2 ta’ Frar.
Is-Sinjura tas-Success tidher ghal l-ewwel darba lil Mariana.
1599, 16 ta’ Jannar,
Is-Sinjura tas-Success titlob ghal l-ewwel darba li ssirilha statwa ghax-xebh taghha.
1605 – 1610
Waqt ribelljoni fil-kunvent imqanqla minn soru ribelluza u nfidila, li incitat lil xi sorijiet kontra Madre Mariana, Mariana ghazlet li tigbed fuqha 5 snin ta’ sofferenzi u kastigi ta’ infern li din is-soru kien ikollha tbati. Aktar tard din is-soru ribelluza wriet sobgha ghal imgieba taghha.
1611, 16 ta’ Jannar.
L-iskultur maghzul mis-Sinjura tas-Success it-Tajjeb, Francisco del Castillo, halla l-belt biex jixtri xi zebgha ghal istatwa. Fit-3.00 ta’ filghodu, swor Mariana marret fil-kamra fejn l-iskultur kien jahdem xoghlu billi ratha kollha dawl.
Quddiemha tilmah xena milli l-isbah. L-istatwa tiehu l-hajja u maghha jidhru ’ l-Arkangli, Mikiel, Gabirjiel u Rafel flimkien ta’ San Frangisk minn Assisi.
Itl-tlett arkangli jbaxxu rashom quddiem Marija u jkantaw:
“SLIEM GHALIK, MARIJA L-AKTAR QADDISA BINT IL-MISSIER ALLA (San Mikiel)
SLIEM GHALIK, MARIJA L-AKTAR QADDISA OMM L-IBEN TA’ ALLA (San Gabirjiel)
SLIEM GHALIK, MARIJA L-AKTAR QADDISA, GHARUSA PURISSIMA TA’ L-ISPIRTU SANTU (San Rafel)
SLIEM GHALIK, MARIJA L-AKTAR QADDISA, TEMPJU U GHAMARA TAT-TRINITA’ L-AKTAR QADDISA. (It-Tlett Arkangli flimkien).
Malli ntemmet din it-tislima, tlesta mirakolozament ix-xoghol fuq l-statwa. Ix-xbiha hadet il-hajja u Marija bdiet tkanta l-Manifikat. Kor angeliku beda’ jkanta “Salve Sancta Parens” li qajjem il-kunvent kollu. Is-sorijiet kollha gew jigru u raw din ix-xena tas-sema quddiemhom.
1611, 2 ta’ Frar.
L-istatwa hija ufficjalment imbierka mill-isqof u fuq ordni ta’ Madre Mariana titqieghed fuq ras is-siggu merfugh ghall-badessa jew madre bhala sinjal li hija l-Omm tas-Sema li tmexxi u thares il-kunvent. It-titlu ufficjali taghha sar “Marija tas-Success it-Tajjeb tal-Purifikazzjoni.”
1611
Il-Mulej jidher lill-Madre Mariana u talabha biex tkun ruh vittma. Qalilha : “Jiena dejjem infittex erwieh ta’ kuragg biex isalvaw il-Knisja tieghi u d-dinja li qed tghereq fil-hazen.”
1634, 8 ta’ Dicembru
Il-Festa ta’ Marija Mmakulata. It-tlett arkangli flimkien ma’ Marija jidhru lil Madre Mariana. Gabirjiel kien qed igorr ciborium bl-Ostji. Il-Madonna thabbar hafna hwejjeg matul il-Papat tal-Beatu Piju IX.
1635, 16 ta’ Jannar.
Wara li rcevi l-ahhar sagramenti hija habbret is-sigha ezatta ta’ mewtha (3p.m.) u mietet ghal ahhar darba.
NITOLBU LIL MARIJA SSMA. BIEX TGHINNA NGORRU S-SALIB TAGHNA TA’ KULJUM U NOFFRUH BHALA OFFERTA BIEX NIPPURIFIKAW RUHNA U NSALAW L-ERWIEH IMBIEGHDA MINN ALLA.
.