jesusandmary

IL-BEATA VERGNI TAD-DIFIZA, MEQJUMA GEWWA (FAENZA, RAVENNA, EMILIA-ROMAGNA, ITALJA.)

 

Il-familja Baldi kienet propjetarja ta’ kwadru li juri lill-Madonna thaddan maghha lil Binha Gesu’. Membru mara tal-familja nghaqdet ma’ l-Ordni tal-Kamaldolesi, fil-Kunvent Benedittini taht l-isem ta’ Swor Fancesca.

Wara mewtha, l-isqof ta ordni li l-kwadru jigi trasferit ghall-kappella tal-kunvent. Fis-sena 1614 dan it-trasferiment tant gibet nies li s-sorijiet iddecidew li jibnu kappella specjali lil Imqaddsa Vergni Marija tad-Difiza.

Fl-ahhar Hadd ta’ Settembru tas-sena 1650 il-kwadru sab ruhu fil-kappella l-gdida ta’ l-irham. Fil-lejla ta’ l-20 ta’ Novembru tas-sena 1685  niriien kbar xterdu mill-lavanderija tal-kunvent ghall-kamra tas-salott sas-sagristija u kien kwazi lahaw il-kappella tal-Madonna tad-Difiza fejn il-fjammi ntfew instantanjament.

Kien biss filghodu li s-sorijiet irrealizzaw x’gara. Il-miraklu qajjem devozzjoni u hegga gdida lejn il-Vergni tad-Difiza. Il-Vatikan gharfu ufficjalment bala miraklu fis-sena 1721.

Matul iz-zmien tar-Risorgiment, il-gvern ghalaq hafna komunitajiet religjuzi u hatfilhom il-gid li kellhom. Meta l-kunvent taghhom gie soppress fis-sena 1862, is-sorijiet Kamaldolesi ta’ Forli marru bil-Madonna taghhom lejn Faenza, xi 15 il-mil ‘l boghod.

L-isqof ta’ Faenza, Msgr. Giuseppe Battaglia f’Dicembru 14, tas-sena 1954 fi tmiem is-Sena Marjana nkuruna l-Madonna tad-Difiza. Fuqa talba ta’ l-istess sorijiet il-kuruna tal-Vergni Mbierka saret bic-crieket li huma kienu rcevew fil-jum tal-professjoni solenni taghhom. Ma dawn zdiedu l-offerti votivi tal-pellegrini.

Il-kommemorazzjoni tal-Madonna tad-Difiza issir kull sena, fl-14 ta’ Dicembru.

NITOLBU LIL MARIJA BIEX TIDDEFENINA MINN DAWK LI JRIDU L-QERDA TAGHNA SPIRITWALI U MATERJALI. HIJA BHALA OMM TAF X’KONSEGWENZI KOROH NGHADDU MINNHOM JEKK DAWN L-GHEDEWWA TAGHNA JIKKONTROLAWNA. Ghajta WAHDA BISS GHAL GHAJNUNA U NSIBUHA WARAJNA.

Make a free website with Yola