jesusandmary

IS-SINJURA TA’ FOURVIERE, LYON, RHONE, FRANZA.

Fuq  l-gholja ta’ Fourvere’ f’Lyon imbniet kappella dedikata lil Marija u lil San Tumas a Becket li kien moghti l-martirju hemm fis-sena 1180. F’April, 29 tas-sena 1552 l-Ugonotti qerdu din il-kappella u maghha statwa tal-Vergni s-Sewda. Pero’ ma damux wisq ma l-kattolici ta’ Lyon bnew il-kappella mill-gdid u zejnuha ghal darb’ohra bix-xbiha ta’ Marija Ssma.

Waqt il-pesta ta’ Marzu 12, tas-sena 1643, l-ufficjali tal-belt ta’ Lyon ghamlu weghda mal-Vergni li jwaqqfulha zewg statwi f’giehha u fit-8 ta’ Settembru, festa tat-Twelid Taghha jaghmlu pellegrinagg lejn is-santwarju taghha biex jisimghu l-quddies u joffru seba’ libbri ta’ xema flimkien ma’ ecu tad-deheb (munita franciza ta’ dawk iz-zminijiet).

L-epidemija li kompliet timxi madwar Franza u toqtol nies bla razan, waqfet gewwa Lyon u hafna pellegrini bdew imorru gewwa Fourviere biex iroddu hajr lil Omm tas-Sema. Statwa li tirraprezenta lis-Sinjura tal-Parir it-Tajjeb saret attenzjoni ohra ghall-pellegrini. Il-pellegrinagg u l-offerta ghadhom imharsu sal-lum. Fis-sena 1851 il-mexxejja tal-knisja ddecidew li jbiddlu il-kampnar  li kien fi stat dilapidat b’wiehed gdid bi statwa tal-Vergni Mbierka fuq il-quccata tieghu thares lejn il-belt. L-iskultur tal-post jismu Joseph Fabish li aktar tard hadem l-istatwa tal-Vergni gewwa Lourdes, hadem l-immagini tal-Madonna fil-bronz indurat gholja tmintax-il pied.

Billi l-istudju tieghu safa’ kollu mgharraq fl-ilma kawza ta’ xita’ qawwija, l-istallazzjoni tax-xbiha kellha tithalla ghat-8 ta’ Dicembru. Dak inhar habat li kien il-maltemp u l-loghob tan-nar ma setghax jinharaq, ghalhekk ic-cittandini devoti poggew dwal wara t-twieqi bhala sinjal ta’ gieh lis-Sinjura tas-Smewwiet. Bhala memorja ta’ din il-grajja, beda’ jsir festival tad-dwal fit-8 ta’ Dicembru.

Fis-sena 1870 ic-cittadini regghu mill-gdid daru lejn Marija biex hi tehlishom minn invazjoni prussjana u bhala radd il-hajr iddecidew li jibnulha bazilka fuq l-gholja flok il-kappella.

Il-bini beda fis-sena 1872 u ntemm fis-sena 1884 imma it-tizjin dam 90 sena biex sar. L-anniversarju tad-dedikazzjoni tal-bazilka huwa kkommemorat il-Hadd wara it-tieni Hadd fuq l-Ghid. Fil-kripta hemm xibhat tal-Vergni li jirraprezentaw diversi gruppi etnici li jghixu fil-madwar.  L-istatwa portugiza tal-Madonna ta’ Fatima ghandha devozzjoni specjali fost il-pellegrini u l-insara li jghixu  hemm.

 

NITOLBU LIL MARIJA BIEX THARISNA DEJJEM U KULLIMKIEN, L-AKTAR WAQT IL-MUMENTI TAT-TIGRIB.

 

Make a free website with Yola