jesusandmary

IS-SINJURA TA’ TAL-HNIENA, MEQJUMA GEWWA GALLIVAGGIO, ITALJA.

 

Fl-10 ta’Ottubru tas-sena 1492, zewg nisa li kienu qed jigbru l-qastan gewwa Gallivaggio, Chiavenna, irraportaw li raw il-Vergni Mbierka li kellha missjoni x’toffri lill-bnedmin: is-salvazzjoni ta’ ruhhom jekk jieqfu jikkommettu l-hazen. Fakkrithom li l-fidili kellhom iqaddsu il-Hdud u l-Btajjel kollha billi jastienu mix-xoghol, jitolbu u jaghmlu penitenza. Imbniet kappella u aktar tard knisja li matul is-sekli hafna pellegrini kienu jmorru fiha biexjitolbu lil Omm Kristu turi hniena maghhom. L-ewwel kappella kienet ta’ l-injam, imma aktar tard imbniet ohra tal-gebel.

Is-santwarju tal-lum huwa t-tielet wiehed li mbena. Ix-xoghol beda’ fis-sena 1598 u kien ikkonsagrat fid-29 ta’ Jannar tas-sena 1615. Fil-prezent is-Santwarju jitmexxa mill-Patrijiet Serviti tal-Qalb Immakulata ta’ Marija.

Meta z-zewgt tfajliet li kienu qed jigbru l-qastan irrakontaw dak li kien raw lin-nies tar-rahal, kien hemm min emmen u kien hemm min kien dubjuz. Imma meta l-grazzji u l-mirakli bdew nezlin fuq dawk li jersqu bil-fidi quddiem il-Madonna ( jinghad li tfajjel mejjet rega’ ha l-hajja meta tpogga fuq il-blata fejn Marija serrhet riglejha.) entuzjazmu qam fost il-poplu li bena' l-ewwel kappella ad unur Marija tal-Hniena fi zmien seba’ xhur. Fis-santwarju hemm preservata l-blata fejn Marija Ssma serrhet riglejha fuqu.

Is-santwarju joffri ospitalita’ lil dawk il-pellegrini li jmorru jzuruh. Dawk li jmorru ghal zjara ta’ jum jistghu jsibu jieklu minn restorant anness mas-santwarju u gruppi ohra li jixtiequ jghaddu xi jiem f’iritri, ghandhom akkommodazzjoni fejn jorqdu.

Fl-10 ta’ Ottubru huwa l-jum li fih hu kkommemorat id-dehra ta’ Marija tal-Miserikordja gewwa Gallivaggio.

SANTA BIT-TALBA WARAJHA

 Omm il-Hniena Divina, kollok moghdrija u tjubija, li wrejt lilek innifsek gewwa Gallivaggio, hawn jiena mixhut quddiem il-presenza tieghek, nitolbok li tisma’ it-talb umli u kollu hegga tieghi; ejja ghinni fil-htigijiet tieghi, spiritwali u temporali, u hares il-Knisja Mqaddsa u l-Papa; b’hekk turi li inti omm li taf thoss ghal uliedek.

O Marija, Omm il-grazzja

Omm tal-Hniena

Iddefendina Inti mid-demonju

U lqaghna fis-siegha ta’ mewtna. (Tlett AVE MARIJIET)

Make a free website with Yola