jesusandmary

IS-SINJURA TA’ PEDANCINO, MEQJUMA GEWWA CISMON DEL GRAPPA, ITALJA.

 

Ma hemm ebda storja dokumentata dwar l-origini tad-devozzjoni tal-Madonna ta’ Pedancino. Pero’ it-tradizzjoni tpoggi l-origini taghha fi tmiem is-sena 700, bhala rizultat tal-glieda kontra l-qerda tax-xbihat sagri mmexxija mill-imperatur Ljun ta’ Kostantinopli fis-sena 727 u li tkompliet mill-imperaturi ta’ wara.

Is-sit fejn instabet l-istatwa marjana mbidel f’kappella li giet imkabbra u msebbha matul is-sekli mill-fidili. Sahansitra hemm plakka li tikkommemora zjara mill-Papa S. Ljun III. Cismon del Grappa hija kommun fil-provincja ta’ Vicenza.

Jinghad li x-xbiha tal-Vergni Mbierka nstabet taht il-muntanja Ancino u ghalhekk hija maghrufa bhala s-Sinjura ta’ Pedancino.

Dejjem skont l-ghajdut, jum wiehed fir-rebbiegha rghaj kien qed jakkumpanja fil-vicin in-nghag tieghu biex jirghaw, meta dawl misterjuz deher hiereg minn tarf il-muntanja u fuq arbuxell dehret xbiha tal-  Vergni Mbierkba zzomm it-tfajjel Gesu’ u bi tbissima stiednet lir-rghaj biex javvicina.

Ir-rghaj flok li ghamel dan, halla n-nghag u mar jigri ghand il-kappillan jghidlu b’dak li gara. U zgur li ma kienx jemmnu li kieku l-kappillan ma rax miraklu quddiemu. Ir-Rghaj li qabel kien mutu, issa qed jitkellem.

L-ahbar malajr xterdet ma’ l-inhawi u l-isqof tad-djocesi qabbad esperti biex jara li ma jkunx hemm abbuz.

L-imperatur Charlemagne fis-sajf tas-sena 799 hareg editt biex tinghata qima u reverenza lix-xibiha tal-Vergni ta’ Pedancino. U hafna pellegrini kienu jaghmlu zjarat lill-Madonna ta’ Pedancino biex jitolbuha l-grazzi jew biex jirringrazzjawha. U hekk ghadhom jaghmlu sal-lum.

Fit-18 ta’ Awissu tas-sena 1748, gharghar kbar laqtu lil inhawi, hekk li l-parrocca garrbet hsarat kbar, inqerdu kompletament 36 dar u l-istatwa tal-Madonna ta’ Pedancino ngarret tletin mil ‘l boghod u nstabet intatta gewwa Friola di Pozzoleone.

Fil-5 ta’ Settembru ngarret solennement lejn id-dar taghha gewwa Pedacino u baqghet fis-sagristija sakemm isiru t-tiswijiet mehtiega lill-knisja mgarrfa.

Il-kommemorazzjoni taghha issir fil-5 ta’ Settembru.

 

NITOLBU LIL MARIJA SSMA BIEX TEHLISNA MILLI NINGARRU MAL-KURRENT TAD-DINJA HALLI DEJJEM NIBQGHU FIDILI LEJN BINHA GESU’.

 

 

 

Make a free website with Yola