MARIJA SSMA TAL-GRAZZJI MEQJUMA GEWWA TORRE DI RUGGIERO, COSENZA, CALABRIA, ITALIA
Fuq gholja thaddar jinsab is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja; jinghad li dan imur lura lejn id-9 jew 10 seklu. In-nies ta’ Torre di Ruggiero kienu jduru u jitlobu lil Marija tal-Grazzja f’dan it-tempju taghha meta fuqhom jigi xi gwaj.
Fis-17 ta’ April tas-sena 1677 zewg tfajliet tal-lokal, Isabella Cristello u Antonia De Luca marru lejn is-Santwarju biex jitolbu. Waqt li kienet qed titlob b’devozzjoni u hegga kbira Isabella tfieq minn marda serja u fl-istess hin kienet xiehda ghal dehra simili li zewg sekli wara Bernardetta Sourbirous kellha gewwa Lourdes. Il-Madonna qaltilha li minn dak il-post hija kienet ser ixxerred bosta grazzji fuq dawk li jigu jzuruha.
Minhabba dak li sehh, l-ghada, hafna nies marru jitolbu b’devozzjoni u fil-jiem ta’ wara zdiedu aktar il-follol. Fil-5 ta’ Frar tas-sena 1783 sehh terremot li ghezzez lill-Calabria u l–knisja sfat meqruda. Imma l-fervur tan-nies ma naqasx ghaliex kellhom hegga kbira li jergghu jibnu l-knisja, minkejja li l-istatwa inqerdet taht it-tifrik.
Pero’ kellhom jghaddu 74 sena biex dan isehh. Marija tidher fil-holm fuq tron lill Pascale Luna, bniedem mill-lokal, u tghidlu biex imur ghand l-arcipriet Don Marcello Galati biex jibnilha l-knisja. Dan iqanqal mill-gdid l-interess tat-Torresi imma billi kien hemm nuqqas ta’ mezzi huma malajr insew il-weghda taghhom.
Gara li fil-jum ta’ l-10 ta’ April tas-sena 1858, wara nofsinhar, Sibt qabel l-ewwel Hadd fuq l-Ghid, Francesco Arone, bidwi, waqt li kien qed jahdem fejn ir-rovini tal-knisja ra ghajn ta’ ilma. Xorob minnha biex jaqta’ l-ghatx u hasel partijiet minn gismu li kienu jbatu mir-rewmatizmu. Hassu li kien fieq immdjatament. Mar jigri jirrakonta kollox fir-rahal. Minnufih sar kumitat biex jara li l-knisja timbena' u fi zmien xahar hareg il-permess mill-Kurja . Ix-xoghol spicca f’Settembru ta’ l-istess sena. Izzejjen il-knisja hemm statwa moghtija mir-Re Vittorio Emmauele II. Minkejja li s-Santwarju huwa zghir fid-daqs, jilhaq il-htigijiet tal-pellegrini li jigu jzuru lill-Madonna, l-aktar waqt il-vakanzi.
GESU’ RIED LI OMMU MARIJA TKUN LI TQASSAM IL-GRAZZJI TIEGHU. X’INTI TISTENNA BIEX TERSAQ LEJHA U TITLOBHA L-BZONNIJIET TIEGHEK SPIRITWALI U MATERJALI, GHALIK U GHALL-PROXXMU?