IR-REGINA COELI
It-talba ta’ l-Ghid, ir-Regina Coeli (Sultana tas-Sema) hija att ta’ tifhir sabieh hafna lill-Qawmien tas-Sinjur taghna Gesu’ Kristu u lil Ommu l-Vergni Marija. Ghalkemm l-origini ta’ din it-talba ma humiex maghrufa, din tmur lura lejn it-13 il-seklu.
Ir-Regina Coeli hija wahda mill-erbgha antifoni (testi qosra li jitkantaw taht forma responsorjali) dedikati lil Marija Ssma. Hafna kienu l-muzicisti li kkomponew l-muzika taghha fil-forma Latina, b’Mozart jimmuzikaha bosta drabi.
Tradizzjonalment din it-talba tinghad bilwieqfa fis-6.00am, fl-12.00 u fis-6 ta’ filghaxija flok l-Angelus matul l-istagun ta’ l-Ghid, jigifieri mill-Ghid sal-Pentekoste.
Skont il-leggenda The Golden Legend, xoghol famuz tat-13 il-seklu fuq il-qaddisin, il-Papa San Girgor il-Kbir, sema’ l-angli jkantaw l-ewwel tlett versi mir-Regina Coeli waqt purcissjoni fis-6 seklu u kien ispirat biex izid ir-raba versett “Ora pro nobis Deum” ( itlob lil Alla ghalina). Ghalkemm l-istorja hija meqjusa li hi leggenda, kif jghid tajjeb Fr Herbert Thurston fil-ktieb tieghu Familiar Prayers, “hija inseparabbilment assocjata mar-Regina Coeli.”
Fi zmien il-Ghid u anke matul is-sena din it-talba tfakkarna kemm ghandna nkunu grati lejn il-Mulej, anke fost it-tribulazzjonijiet tal-hajja. Meta l-Mulej rebah il-mewt bis-sahha tal-Qawmien tieghu, huwa fethilna l-bibien tal-genna biex inkunu nistghu naqsmu Mieghu l-Hajja Eterna flimkien ma’ Ommu Marija, il-qaddisin u l-mahbubin taghna.
Meta Kristu fuq is-Salib qal lil Giovanni, “ Hekk hu Ommok,” ma kienx qed jirreferi semplicement ghal Marija bhala omm id-dixxiplu mahbub tieghu, imma bhala omm l-insara kollha, jigifieri l-Omm taghna lkoll, kif jinnutaw tajjeb hafna t-teologi matul is-sekli. Nistghu nirringrazzjaw lil Marija ghas-sehem taghha krucjali fis-salvazzjoni taghna bhala medjatrici mieghu.
Kif qal darba San Bernard li ” l-Missier Etern mhux biss wera’ l-akbar hniena tieghu possibli meta baghtilna lil Gesu’ Kristu b’medjatur taghna, imma ried ukoll jaghtina lil Marija bhala avukata taghna flimkien ma’ Gesu’. U fi kliem Santu Wistin, ghaliex Marija hija “omm il-Kelma Divina,” bhala Omm Alla ghall-fidwa taghna, “hija ghandha qawwa aktar minn kulhadd biex tghinna nirbhu l-hajja eterna”.
Ghalkemm Marija Ssma hija r-Regina tas-Sema, hija dejjem attenta fuqna! San Alfons Liguori fil-xoghol tieghu maghruf, Il-Glorji ta’ Marija, jikkwota lil Beatu Amadeus li jghid li “ir-Regina taghna hija kostantament quddiem il-Maesta’ Divina, tintercedi ghalina bit-talb qawwi taghha.”
Ahna dejjem ghandna nistriehu fuq l-ghajnuna taghha, li ma ser tonqosna qatt, hekk kif qeghdin interrqu fil-vjagg taghna lejn is-smewwiet. Nersqu lejha bit-talb taghna, bhas-Sliema, is-Salve Regina, l-Angelus, ir-Regina Coeli u talb Marjan iehor specjalment bir-Ruzarju. Dan naghmluh b’imhabba u sobgha ta’ dnubietna.
Jalla l-ispirtu ta’ Marija jkun fina biex infahhru lill- Mulej taghna u nifirhu f’Alla il-Hellies taghna.
IT-TALBA TAR-REĠINA COELI
(fiż-żmien l-Għid)
Sultana tas-sema, ifraħ: Alleluja
Għaliex Dak li stħaqqlek tkun ommu: Alleluja.
Qam minn bejn l-imwiet kif kien qal: Alleluja.
Itlob ‘l Alla għalina: Alleluja.
Ifraħ u thenna, Verġni Marija: Alleluja.
Għaliex il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet: Alleluja.
Nitolbu.
O Alla, li bil-qawmien mill-imwiet ta’ Ibnek Ġesù Kristu, Sidna, għoġbok tferraħ id-dinja; agħtina, nitolbuk, li b’Ommu l-Verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna. Ammen.
- Glorja lil Missier, u lil Iben u lil Is-Spirtu s-Santu, kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem, Ammen