jesusandmary

BIDU TAL-FERH TAGHNA

Ilkoll ahna konxji li Marija Sssma l-Omm taghna kontinwament ixxerred il-grazzji taghha fuqna lkoll. Ben Broussard kien qed jivvjaga ma’ grupp marjan gewwa Texas, biex jiehu x-xbiha tal-Madonna ta’ Fatima minn dar ghal dar. Wahda mid-djar fejn waqfet l-istatwa ta’ Fatima kienet il-qofol ta’ storja sabieha ta’ grazzja li damet tinhadem ghal disa xhur shah.

Dawk li laqghuna gewwa darhom gabru maghhom hbieb u girien minn belt ckejkna f’Texas biex jilqghu lill-Madonna u jaghtuha merhba. Hekk kif il-programm kien qed jisvolgi minn hin ghal iehor, il-mara tad-dar tablet biex tirrakonta esperjenza ta’ grazzja li hija kienet irceviet minghand Marija Ssma.

Sentejn qabel, bintha tilfet l-ewwel tqala taghha, li kellha effett devastanti fuq il-familja.  Din l-ahhar sena, l-istess bintha regghet saret tqila. Aktar milli din it-tqala kienet ta’ ferh ghall-familja, kienet okazzjoni ta’ ansjeta’ u nervozizmu minhabba dak li kien sehh qabel. Din il-mara qaltilna kif hija u zewgha ghamlu weghda li kull xahar tul it-tqala ta’ binthom joffru lill-Madonna bukkett ta’ tnax-il warda fis-santwarju tal-Madonna fil-parrocca taghhom bit-tama li r-Regina tas-Sema taghti hlas tajjeb lil binthom.

Meta l-bejjiegh tal-fjur sar jaf bl-istorja, ha hsieb li minn dawn it-tnax il-warda jaghmel bukkett l-aktar sabieha lir-Regina taghna bnedmin.

Ghal disa’ xhur shah il-koppja kienu fidili ghall-weghda li ghamlu lil Imqaddsa Vergni Marija u kienu jitolbuha l-ghajnuna ghall-hlas tajjeb u minghajr problema. Bi kbira sorpriza ghalihom, il-hlas habat maz-zjara bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima.
Il-mara li laqatna f’darha kbiet bil-ferh meta hassitha hekk onorata li tilqa’ f’darha lill-Madonna ta’ Fatima, kien sinjal car hafna li l-Madonna kienet ser tintercedi ghalihom. Infurmatna li t-tobba kollha taw certifikat ta’ tqala normali u bla problemi u li t-tarbija kienet ser titwieled  minn jum ghal iehor.

L-ahhar bukkett tal-ward irrangat skont is-sengha tal-fjuri tqieghed f’riglejn l-istatwa ta’ Fatima bhala radd il-hajr ta’ tqala bla problemi u ghan-neputi gdid taghhom li kellu jitwieled .

Aktar tard smajna li t-tifel twieled jumejn wara z-zjara taghna. Mhux biss ir-Regina taghna tat hajja gdid lill-familja li b’entuzjazmu kbira laqghet it-tarbija, imma xettlet mill-gdid it-tama u sahhet il-fidi ta’ din il-familja li flimkien ma’ ohrajn ingabru biex jaqsmu l-ferh.

Dan gab fil-menti tieghi wiehed mill-isbah titoli li naghtu lill-Madonna fil-Litanija ta’ Loretu, Causa nostrae letitiae, - Bidu tal-Berh taghna.
Jalla Marija Ssma iggib il-ferh lil kull min isejhilha bil-kunfidenza.

Ben Broussard

 

Make a free website with Yola