jesusandmary


IZZOMM IDEJHA FUQNA DIK LI NSEJHULHA “BIEB TAS-SEMA”

Dan it-titlu ha tifsira ohra f’hajti meta wasalt bix-xbiha tal-Madonna ta’ Fatima god-dar ta’ Dominique McGuire u sibtha tikbi. Omma Marie Jeannine Michel, minn Haiti soffriet attakk tal-qalb qawwi l-jum ta’ qabel u kienet issa f’xifer il-mewt.
Kont kuntent li hadt ix-xbiha mieghi f’Rex Hospital gewwa Raleigh, Kalifornja, biex Marija izzur lill-pazjenta. Malli dhalt fil-Kamra tal-Kura Intensiva mill-ewwel innutajt li dik il-povra ruh kienet ghaddejja minn tbatija kbira u waslet biex tmur ghand l-Mulej.

Flimkien tlabna bosta Ruzarji, litaniji u talba iehor ghall-moribondi. Ghamilna li stajna biex dik il-mara aggonizanti jkollha kull assistenza spiritwali.
Waqt li konna qed nitolbu, l-infermiera li kienet ukoll Kattolika bdiet iccempel f’kull knisja biex tara ssibx xi qassis li jista’ jmur hemm halli jamministra l-ahhar sagramenti. Kull meta kienet tidhol fil-kamra biex tikkura lil Mrs Michel, kien tinghaqad maghna fit-talb. Imqanqla  mix-xena fil-kamra tal-marida, hija esklamat: “ Nispera li meta nkun qed immut xi hadd igibli l-istatwa tol-Madonna  biex izzurni u jitlob ir-Ruzarju.

Mumenti biss qabel is-sacerdot wasal, Dominique staqsietni jekk kellhix xi labtu zejjed ghal ommha. Ma kellhiex. Hekk kif is-sacerdot amminstra l-ahhar riti hrigt nghaggel mill-kamra biex insib xi labtu, meta ndunajt li jien kont l-unika wahda bih. Mrs Michel kienet aktar tehtiegu minni. Bil-ghajnuna tat-tabib, temporanjament nehhejnilha l-maskra ta’ l-ossignu u libbistilha l-iskapular minn ghonqha. Dominique imbaghad haditilha l-medalja mirakoluza u qaflitiha mal-labtu b’labra.

L-aktar parti mqanqla ta’ din il-grajja kien meta Mrs. Michel fethet ghajnejha u wriet ix-xewqa li tghid xi haga. Meta nehhewlha l-maskra ta’ l-ossignu, Dominique qalet lil ommha bil-lingwa taghhom li “Mamma Marija” kienet hemm fil-kamra. Billi Mrs Michel kienet pass wiehed biss ‘l boghod mill-mewt jiena ressaqtilha x-xbiha ta’ Marija hdejn sodditha. Qabdet id ix-xbiha ta’ Marija Ssma filwaqt li l-infermiera tatha doza ta’ morfina biex tnaqssilha l-ugigh. Mrs. Michel mietet fis-6.00a.m. ta’ l-ghada b’Dominique titlob hdejha.

Filwaqt li l-programm taz-zjajjar fid-djar tal-Madonna ta’ Fatima huwa appostolat li jaghti sodisfazzjoni, ebda haga ma tghaddi l-ferh li hassejt jiena bi zjara bhal din. Stajt naghmel xi haga aktar ghal din il-mara?

Fil-kaz ta’ Mrs. Michel ir-risposta hija le. Hija rceviet l-ahhar sagramenti, kienet imlibbsa l-labtu tal-Karmnu u kienet imharsa minn Dik li nistghu nsejhulha l-Bieb tas-Sema.

Norman Fulkerson



 

Make a free website with Yola