jesusandmary

HIJA DEJJEM MAGHNA

Fis-sena 1987 flimkien ma’ zewgi u ibni, mort inzur lil ohti u l-familja taghha fil-Germanja. Waqt li konna fuq il-vjagg, zorna bosta postijiet, wahda minnhom kien il- post marjan, Medjurgore

Din ma kienx idea tieghi izda ta’ zewgi. Imma darba konna hemm, flimkien ma’ eluf ta’ pellegrini hadna l-opportunita’ biex naraw b’ghajnejna dak li ilna konna nisimghu. Imma jiena ma hassejt u rajt xejn specjali u kollox spicca hemm.

Ghaddew numru ta’ snin u waqt li kont qed nitlob fi triqti lejn il-knisja bdejt nahseb fuq l-Vergni Marija, Omm taghna. Nistqarr li ma kellhix xi devozzjoni kbira lejha -  ghalija dejjem  Gesu’ kien kollox. Allura tlabtha biex tghinni naghrafha ahjar u mill-qrib u nikber fid-devozzjoni tieghi lejha. Ftit jiem wara, waqt li kont qed niekol xi haga zghira fil-park hdejn ix-xmara, kont ispirata li nitlob ir-Ruzarju.

Ghal 25 sena kont membru ta’ grupp ta’ talb zghir ta’ tlett persuni ohra. Gieni hsieb li fil-laqgha taghna ta’ kull gimgha nitolbu r-Ruzarju. Ghogbithom l-idea u minn dak in-nhar qatt ma qtajna li nirrecitawh u npoggu l-htigijiet taghna lil Marija. Hafna u hafna talb taghna gie mismugh u hafna drabi inhossu l-presenza taghha fostna. Kbirna qrib il-Mulej u fil-Mulej u mal-Mulej u dan bis-sahha ta’ l-Omm taghna Marija li dejjem tmexxini lejn Binha Gesu’.

Loraine Whitworth                                              
 Gatineau, Quebec, Canada

Make a free website with Yola