jesusandmary


IL-FAMILJA LI TITLOB FLIMKIEN TIBQA’ FLIMKIEN

Swor Tereza Elder minn Scarborough, Ontario, Canada tirrakonta:

Ghandi tifkira prezzjuza li tmur lura lejn is-sena 1950, meta Father Patrick Peyton, gie gewwa Saskatchewan, fil-Kanada jippridka r-Ruzarju. Il-motto tieghu kien, “il-familja li titlob flimkien, tibqa’ flimkien”; huwa halla mpressjoni kbira fuq hafna minna li konna noqghdu f’dak ir-regjun.

Naf sew, l-influwenza li hallew il-pridki tieghu fuq il-familja tieghi; ghallimna li nitolbu r-ruzarju bhala familja wahda. Gharkubtejna fuq l-art iebsa tal-kcina, ilkoll migbura ghal din it-talba ta’ filghaxija, konna irrecitawha flimkien -  l-genituri tieghi u d-disa huti l-ohra. Li nghidu flimkien din it-talba ghadha stampata f’mohhi u ma nnehhiha qatt.

Meta konna niltaqghu fil-familja ghal xi grajja familjari, nghidu ahna mard jew mewt, ir-ruzarju kien ikun t-talba li nitolbu flimkien biex din taghtina l-qawwa halli inkomplu mexjin fil-hajja bla ma naqtghu qalbna. Jiena naf li din it-talba taghmel dan ghalija u cert li nista’ ninkludi l-membri l-ohra tal-familja, ukoll. Ahna ilkoll ingorru l-kuruna tar-Ruzarju fil-but lesta biex nitolbu din it-talba lil Imqaddsa Ommna Marija.

Ghal snin shah, hija Gakobb ilu jahdem mijjiet ta’ kuruni tar-Ruzarju li jqassam gratis lil ohrajn. L-unika talba li jaghmel lil min jaghtih wahda hija li dan jghid Ruzarju wiehed ghall-htigijiet tieghu.

Il-fidi tieghu f’din it-talba gejja mir-Ruzarju li konna nghidu flimkien fil-familja. Kellna hafna barkiet u benedizzjoni fil-familja taghna kawza tat-talba tar-Ruzarju. Dan kollu nafuh ghall-motto ta’ Father Peyton: “Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.”

mejju@

 

Make a free website with Yola