IL-QAWWA TAR-RUZARJU
DAHLA
Fil-kitba tieghu “Rosarium Virginis Mariae”, il-papa qaddis, San Gwann Pawlu II jaqsam hsibijietu fuq id-devozzjoni sabiha tar-Ruzarju. Il-qaddis kiteb li ir-Ruzarju minkejja li huwa car li l-karattru tat-talba huwa wiehed Marjan, huwa wkoll talba Kristocentrika fil-qalba taghha.
Kompla jzid li bir-Ruzarju, il-poplu Kristjan joqghod bil-qieghda fl-iskola ta’ Marija u jikkontempla is-sbuhija fuq Wicc Kristu u jimmedita’ fuq il-profondita’ ta’ l-imhabba tieghu. Bis-sahha tar-Ruzarju, l-fidili jircievu grazzja abbundanti minn idejn Omm ir-Redentur ghax Kristu hatar lil Ommu dispensatrici tal-grazzji tieghu.
U dawn il-grazzji jqarrbuna lejn Gesu’. Jekk hux is-sahha u l-paci biex nghaddu minn sitwazzjonijiet difficli, zieda fil-pacenzja, il-volonta’ li nahfru, dixxerniment tal-vokazzjoni, u ohrajn - dawn huma kollha benedizzjonijiet li jistghu jbiddlu hajjitna.
Imma qatt kont taf li meta titlob bir-Ruzarju, din it-talba issalva l-hajjiet? Taf inti xejn li salvat erwieh f’din id-dinja u mill-Purgatorju? Taf xejn li din it-talba kapaci tbieghed il-vjolenza u tippreserva l-liberta’ f’pajjiz shih? Il-qawwa mhux tas-soltu tar-Ruzarju iggib maghha hafna mirakli.
Fid-dinja ebda haga ma taqa’ fuq platt. Trid tahdem ghaliha. Tircievi s-salarju ghax tkun hdimt ghalih. Issib il-platt bl-ikel fuq il-mejda ghax l-ewwel tkun xtrajt l-ikel u mbaghad sajjartu. Ilhaqt fejn ilhaqt ghax tkun studjajt. Hekk ukoll fil-hwejjeg spiritwali. Timxi ‘l quddiem u tahrab id-dnub ghaliex tkun ersaqt lejn is-sagramenti, tlabt u ghamilt penitenza. Tgawdi l-paci ghaliex tkun hdimt ghaliha. Il-paci ma tigix awtomatika jew wahedha.
U wiehed mill-mezzi biex tgawdi l-paci u kull barka ohra hija t-talba tar-Ruzarju. Talba li hija ghall-qalb hafna ta’ Marija Ssma. Bis-sahha ta’ din it-talba nigbdu fuqna kull benedizzjoni. F’din is-sensiela ser ingib xiehda ta’ nies li gawdew minn din il-benedizzjoni tar-ruh u anke tal-gisem bis-sahha ta’ din it-talba.
Ghalkemm in-numru tal-mirakli assocjati mar-Ruzarju ma jinghaddux, u ma nafux bihom, hemm xi whud li huma dokumentati. U dawn li gejjin huma xi ftit minnhom. Aqrahom bla ghaggla, u ahseb fuqhom biex tara kemm gid ixxerred it-Ruzarju. Kun ghaqli........tpartatx is-shih mar-rih. Ghid ir-Ruzarju kuljum.
JANNAR – HLAS LURA
Fil-funeral ta’ omm Anna, ragel resaq fuqha u offrielha l-kondoljanzi, gibed lit-tifla taghha fil-gemb u qalilha:” Irrid nghidlek grajja fuq it-twajba ommok u xi haga li ghamlet ghalija…”
U beda’ jirrakontalha, kif hafna snin qabel kien involut f’relazzjoni ma’ mara barranija, minkejja li kien mizzewweg. Jum wiehed meta kien qed jiccena ma’ din il-mara, dahlu fir-restaurant il-genituri ta’ Anna u meta lemhuh, ghamlu ta’ bir-ruhhom li ma kienux indunaw bih.
L-ghada cemplitlu omm Anna u stednitu biex imur id-dar taghhom u maghhom jiekol bicca torta.
“Inti taf kemm kienet taghmilha tajba, it-torta,,,, imma kien hemm ton ta’ kmand urgenti fl-istedina taghha u allura jiena mort.”
Wara li temmew jieklu t-torta, omm Anna qaltlu: “ Ahna rajnik il-bierah fir-restaurant ticcena mal-habiba tieghek.”
Ghalkemm ghall-bidu chadt bil-qawwa l-asserzjoni taghhom, ommok ma riditx iccedi….. hija fakkritni fiz-zmien meta kont bla xoghol u hadet hsieb li tibghat l-ikel lill-familja tieghi kuljum.
“Issa rridek li thallasni lura,” qaltu b’ton ta’ kmand.
Dahhalt idejja fil-but biex nohrog il-kartiera, imma dlonk qaltli: “ Le, le mhux b’dak il-mod.”
Hija tatu kuruna tar-Ruzarju u talbitu jattendi ghall-quddies ghal gimgha shiha. Talbitu wkoll li jghid Sliema u Qaddisa flimkien mal-Missierna fuq kull zibga tal-kuruna tar-Ruzarju filwaqt li jahseb xi haga tajba li kellha il-mara tieghu, it-tfal tieghu u fuq il-hajja tal-familja tieghu.
Imbaghad hija qaltlu: “Jekk fi tmiem il-gimgha inti tahseb li dik il-habiba tkun ahjar ghalik, impustali il-kuruna fil-kaxxa ta’ l-ittri u halqna jkun issigilat fuq dak li rajna.”
Meta wasal f’dan il-punt ta’ l-istorja tieghu, ir-ragel dahhal idejh fil-but u hareg il-kuruna tar-Ruzarju u qal lil Anna: “ Din hija l-kuruna tar-Ruzarju li ommok tatni u li bqajt nghozz tul il-jiem kollha ta’ hajti. Ghamilt paci ma’ marti u flimkien minn dak in-nhar. qatt ma nqasna li nghidu r-Ruzarju ta’ kull jum.”
(grajja mehuda mill-ktieb ta’ sister patricia proctor, osc, jismu “101 inspirational stories of the rosary.”