jesusandmary


IS-SALVAZZJONI TAR-RE

 

Ir-recita tar-Ruzarju kienet il-kawza tas-salvazzjoni ta’ Alfonsu, Re ta’ Leon u Galicia. Ir- re kellu devozzjoni li jilbes kuruna kbira tar-Ruzarju mac-cintorin biex jispira lil haddiehor halli jghid ir-Ruzarju u jonora lil Marija, Omm Gesu’, minkejja li hu ma kienx jghidu.  Jum wiehed marad sew u kulhadd kien tal- fehma li ma kienx ser iwassal ghal tul ta’ zmien. Waqt il-marda tieghu kellu vizjoni. Ra lilu nnifsu qed ikun iggudikat fit-Tribunal rett ta’ Alla. Kienet ser tinqatghalu ghat-telfien ta’ dejjem, meta bla mistenni dahlet ghalih l-Imqaddsa Vergni Marija.

 San Luigi De Montfort  jaghti deskrizzjoni ta’ x’gara wara. Fil-ktieb tieghu jismu “Is-Sigriet tar-Ruzarju” qal hekk: “ Hija sejhet biex igibulha mizien fejn fuq naha poggiet id-dnubiet tieghu u fuq l-ohra poggiet il-kuruna tar-Ruzarju li huwa kien dejjem jilbes flimkien ma’ l-ghadd tar-Ruzarju li kien inghad minhabba l-ezempju tieghu. Instab li r-Ruzarji kienu jiznu ferm aktar minn dnubietu. Filwaqt li tatu harsa ta’ hniena u moghdrija qaltlu: “ Bhala rigal ghal unur zghir li inti kont taghmillhi meta kont tilbes il-kuruna, jiena akkwistajtlek il-grazzja minghand Ibni. Hajtek ser titwal bi ftit snin ohra. Ara li tuzhom bil-ghaqal, titlob u taghmel penitenza.”

Meta r-re gie f’tieghu huwa ghajjat: “ Imbierek ir-Ruzarju tal-Vergni Marija, ghaliex bis-sahha tieghu jiena salvajt mit-telfien ta’ dejjem.”

Wara li fieq huwa ghadda l-bqija ta’ hajtu jxandar id-devozzjoni tar-Ruzarju u jirrecitah kuljum.”

marzu@

 

Make a free website with Yola