jesusandmary

 





 


MEHLUS MINN KUNTRATT MAX-XITAN

Ewtikus, Patriarka ta’ Constantinopli, jirrakonta grajja maghrufa hafna fuq Teofilus( 6 seklu). Il-Patriarka kien xhud okulari tal-fatt li ser nirrakontaw hawn u li kien konfernat minn San Pietru Damjani, San Bernard, San Bonaventura, San Antonius u ohrajn.

Teofilus kien arcidjaknu fil-knisja ta’ Adanas, belt tac-Cilicja u kien hekk mizmum fi stima hekk kbira mill-poplu li rieduh ikun isqof taghhom, imma l-umilta’ tieghu ma hallitux jaccetta.

Xi zmien wara persuni malizzjuzi ddefamawh u gie imnehhi mill-ufficju. Imhawwad u moghmi mill-passjoni, huwa mar ghand sahhar li hajru biex jitlob lil Satana ghal ghajnuna kontra l-isfortuni tieghu.

Wiegbu x-xitan li jekk ried l-ghajnuna tieghu kien jehtiglu li jirrinunzja lil Gesu’ u lil Ommu Marija u jaghtih bil-miktub minn idu stess dan id-dokument. Teofilus ghamel kif ried ix-xitan. L-ghada, l-isqof sema’ li dak li kien inqtal fuq Teofilus kien kollu gideb u ngann u talab mahfra lil Teofilus u mill-gdid tah l-ufficju li kellu.
Imma Teofilus kien tant torturat mir-rimors ta’ dak li kien ghamel il-jumejn ta’ qabel li kien jikbi kontinwament.

Huwa dahal fi knisja, u bid-dmugh f’ghajnejh huwa nxtehet minn tulu fl-art quddiem l-artal tal-Vergni Mbierka jitlobha: “ O Omm Alla. Jiena nittama fil-ghajnuna tieghek. Thallinix f’dan l-istat.”

U Marija dehritlu u wegbitu: “ Ibni x’mort ghamilt b’idejk. Inti chadt il-hbiberija ma’ ibni biex dhalt f’sehem max-xitan.”

“O Sinjura tieghi,” wegibha Teofilus,” jiena nerhi ruhek f’idejk biex takkwistali l-mahfra minghand Ibnek Gesu’”

Meta rajtu hekk sobghien u mimli tama fil-ghajnuna taghha hija qaltlu: “ Jiena nitlob ghalik; ghamel kuragg.”

Teofilus ghamel aktar kuragg u kompla jitlob lil Marija u jikbi dnubietu. U Marija Ssma mill-gdid terga’ tidhirlu u tghidlu: “ Teofilus jiena poggejt id-dmugh tieghek flimkien mat-talb tieghek f’riglejn Alla u Huwa accethom u diga’ hafirlek. Ghal li gej kun grat lejn Alla u fidili Lejh.”

“ Imma Sinjura tieghi, “ qal Teofilus, l-ghadu tieghi ghandu l-karta tal-kuntratt fejn fiha jien chadt lil Ibnek. Gibhieli lura.”

Wara tlett ijiem Teofilius sabha fuq sidru wara li qam mir-raqda.

L-ghada ta’ din il-grajja Teofilus inxtehet f’riglejn l-isqof li kien prezenti ma’ bosta nies fil-knisja u irrakontalu l-grajja kollha. L-Isqof ornda li l-patt jinharaq fil-presenza tal-fidili  u l-folla kollha fahhret lil Alla.

Tlett ijiem wara Teofilus miet bl-isem helu ta’ Gesu’ u Marija fuq xuftejh.


Mill-Glorji ta’ Marija,
 Edizzjoni Riveduta tas-sena 1888 pagna 196






 

Make a free website with Yola