jesusandmary


IL-HELSIEN GHALL- BRAZIL

  Il-messagg ta’ Fatima kellu parti mportanti f’miraklu iehor assocjat mar-Ruzarju. Fil-bidu tas-sena 1960 il-president tal-Brazil Joao Goulart kien qed ihejji pjan biex jifrex il-kommunizmu madwar pajjizu. Kien jidher car u inevitabbli li fi ftit zmien il-kommunizu kien ser ikun stabbilixxa ruhu kif gara gewwa Kuba. Imma mhux kulhadd kien lest li jcedi l-helsien tieghu u jiddikjara telfa. Il-Kardinal de Barros Camara wissa’ lill-poplu li jekk iharsu l-messagg ta’ Fatima u jghidu r-Ruzarju kif talbet il-Madonna gewwa Fatima l-periklu jghib minn fuq il-Brazil.

 Ftit wara Dona Amelia Bastos, mara ta’ tabib ta’ l-armata rtirat u  ex-ghalliema gabret  madwarha 30 mara, bejn hbieb u girien biex tifforma l-ewwel ghaqda halli xxerred il-messagg b’mod pacifiku kontra l-hakma kommunista fil-pajjiz. Dan il-pass gabar flimkien mijjiet ta’ eluf ta’ nisa minn madwar il-pajjiz kollu. Hafna kienu jingabru fi grupp u jghidu r-Ruzarju.  Kienu jsejhulhom Rosary Rallies. F’wiehed minn dawn ir-rallies kien hemm prezenti aktar minn 600,000 mara kollha jgorru kotba ta’ talb u kuruni tar-Ruzarju waqt li immarcjaw bi bnadar u plakki bi kliem kontra l-kommunizmu. Ftit taz-zmien wara tnehha l-President Goulart. Dan harab mill-pajjiz ma’ xi membri tal-gvern tieghu.  U l-pajjiz inheles mill-kommuniznu bi ftit indhil mill-militar.

Bi gratitudni lejn Alla, in-nisa tal-Brazil organizzaw marc akbar l-ghada tal-jum li fih irnexxilhom li jippreservaw l-liberta’ taghhom. Il-marc li kien imsejjah “ il-Marc ta’ Radd il-Hajr lil Alla” inkluda aktar minn miljun ruh.

frar@


 

Make a free website with Yola