jesusandmary

IL-PAPA GWANN PAWLU II U L-MAGGORDOM

 

Angelo Gugel li kien il-maggordom tal-Papa Gwann Pawlu II jistqarr f’intervista mal-Corriere della Sera li dan il-papa ghamel miraklu mieghu u mal-familja tieghu bl-intercessjoni ta’ Marija Ssma. Angelo serva bhala maggordom taht tlett papiet, Luciani, Wojtila u Ratzinger. Illum ghandu 83 sena. Kien f’idejh merta l-Papa Gwann Pawlu II waqa’ ferut gravi wara li Ali Agca sparalu biex joqtlu.

Il-maggordom Angelo Gugel jghid kif il-Papa jikkredita l-fejqan tieghu lill- intercessjoni tal-Madonna ta’ Fatima, li wkoll intercediet ma’ Maria Luisa Dall’Arche, il-mara tieghu. L-ewwel tarbija taghhom twieldet mejta u ghaldaqstant ghamlu weghda li jaghtu l-isem ta’ MARIJA lit-tfal kollha li l-Vergni tista’ tatihom. Kellhom tlett itfal, Raffaella, Flaviana u Guido. Ir-raba wahda kien jisimha Carla Luciana Maria f’gieh Karol u Papa Luciani. Twieldet fis-sena 1980 bis-sahha tat-talba tal-Papa lill-Vergni Mbierka.

Fit-tqala kien hemm problemi serji li t-tobba tawh l-ahbar li kien impossibbli li t-tqala tkompli. Jum wiehed Gwann Pawlu II qalli: “ Illum iccelebrajt quddiesa ghal martek.” Biex jippruvaw isalvaw it-tarbija, it-tobba ordnaw li issir cesarja li saret fid-9 ta’ April tas-sena 1980.

Wara l-operazzjoni it-tabib qal Gugel, ir-ragel taghha: “ Xi hadd bilfors li talab hafna.” Skont ic-certifikat tat-twelid tat-tarbija, it-tifla twieldet fis-7.15 a.m. li huwa l-istess hin li fih fil-quddiesa Gwann Pawlu II lissen it-talba tas-Sanctus fil-quddiesa.

Waqt il-kolazzjon ta’ dak il-jum is-superjura tas-sorijiet li kienu jservu lill-papa fil-palazz appostoliku, Swor Tobiana Sobotka qalet lill-papa bit-twelid ta’ Carla Luciana Maria.

“Deo Gratias” esklama l-Papa. U ried li jghammidha huwa nnifsu. U hekk ghamel fis-27 ta’ April fil-kappella privata tieghu.

 jannar@


 

Make a free website with Yola