jesusandmary

IL-FEJQAN TA' JEAN-PERRY BELY

Hija l-istorja ta' Jean-Perry Bely, li dak iz-zmien tal-fejqan mirakoluz tieghu kellu 51 sena,  u missier ta' zewgt itfal. Kien qed isofri minn sclerosis multiplika severa. Huwa fiq instantajament, kompletament waqt pellegrinagg gewwa Lourdes.

Bely twieled f'Awissu 24 tas-sena 1936. Kien anestetista u infermier tal-kura intensiva. Kienet is-sena 1972 meta beda' jbati minn inkapacita’ newrologika li aktar 'l quddiem svillupat f'sclerosis multiplika. Fis-sena 1984 htieglu bastun biex jimxi u sena wara kellu bzonn ta' siggu tar-roti. Sentejn wara kien kaz bla tama. Rikbitu s-sodda u tant kien bla tama li rcieva l-pensjoni shiha ta' l-invalidita' u hlas biex persuna tkun tista' tiehu kura tieghu.

F'Ottubru tas-sena 1984 Bely mar fuq pellegrinagg ghal Lourdes. Hemm resaq lejn il-Qrar, ircieva l-Grizma tal-Morda waqt il-Quddiesa fil-Pjazza tar-Ruzarju. Kien jaghmel parti minn pellegrinagg Franciz. F'daqqa wahda huwa hass li fih kien qed igawdi sens ta’ paci u ta' helsien minn xi toqol , xi haga li huwa qatt ma hassha.
Il-Gimgha 9 ta' Ottubru, waqt li kien fil-kamra tieghu gewwa Lourdes huwa esperjenza sensazzjoni ta' kesha li kibret u saret qawwija u ta' ugigh biex wara tbiddlet f'sensazzjoni ta' shana li daret ma' gismu kollu b 'intensita'.  Bely qaghad bilqieghda fit-tarf tas-sodda u kien kapaci jcaqlaq drieghu. Il-lejl ta' wara ghalkemm rieqed fil-fond, qam f'daqqa wahda u skopra li seta' jimxi ghal l-ewwel darba .  Kien ilu ma jimxi sa mis-sena 1984.

Fi tmiem il-pellegrinagg Bely ivvjaga ma' shabu fuq is-siggu tar-roti biex ma jidhirx differenti minn shabu l-morda. Huwa baqa' bil-qieghda l-vjagg kollu sakemm irritorna d-dar gewwa Angouleme. Huwa fieq kompletament u rapporti medici juri li ma baqghlux tracci ta' mard.

Jean Pierre Bely iddikjara l-fejqan tieghu lill-Bureau Mediku ta' Lourdes is-sena ta' wara, nhar il-Hamis 6 ta' Ottubru. Minn dak in-nhar it-tobba kienu jarawh kull sena flimkien mal-kap tan-newrologija ta' l-Universita' ta' Poiters.

Il-kaz tieghu dam 15 il-sena taht il-lenti ta' l-istudjuzi biex fl-ahhar dawn ikkonkludew li ma hemmx spjega xjentifika ghall-fejqan ta' Bely." U issa hija ghal l-awtorita' religjuza li jippronunzjaw ruhhom fuq dan il-kaz," temmew il-kumitat li kien qed jistudja dan il-kaz.

L-isqof Claude Dagens kiteb li f-isem il-knisja huwa jqis dan il-fejqan ta' Bely huwa wiehed mirakoluz, don personali ta' Alla lil din il-persuna u sinjal effettiv ta' Kristu is-Salvatur, bis-sahha ta' l-intercessjoni tas-Sinjura taghna ta' Lourdes. 

frar@

 

Make a free website with Yola