jesusandmary

IL-MIRAKLU TAL-MADONNA TA’ SILUVA (1)

Fis-sena 1251, il-pajjiz tal-Litwanja kien l-ahhar nazzjon li accetta li jimxi fuq it-taghlim kattoliku u jsir nisrani. Kien hemm zmien meta l-Litwanja kienet qrib hafna li titlef il-fidi kattolika. Il-Kalvinisti waslu sa dan il-pajjiz u kwazi kien honquh.
Pietru Giedgaudas, diplomatiku ghal Vytautas il-Kbir bena' l-ewwel knisja f'dawk l-inhawi ta' Siluva u ta l-art lill-knisja kattolika. Waqt wiehed mill-vjaggi tieghu gewwa Ruma huwa rnexxilu jakkwista pittura mill-isbah tal-Vergni Mqaddsa bit-tarbija Gesu' fuq dirghajha. Huwa gabu mieghu u qieghdu fis-santwarju tal-knisja l-gdida gewwa Siluva. Ghal bosta sekli il-fidili kienu jqimu lil Alla u jaghtu gieh lill-Vergni Mqaddsa fil-knisja zghira taghhom.

Meta r-Riforma Protestanta  kinset l-Ewropa kollha, dan il-villagg zghira ma kienx mehlus minn dan l-impatt kontra l-fidi tieghu. Fis-sena 1532 il-gvern lokali sar Kalvinista zelanti u ma naqsux li jmorru mal-mewga kalvinista hafna nobbli u nies intelletwali. Dawn infurzaw ir-rieda taghhom fuq il-poplu. Il-kattolici ta' Siluva ma kellhomx sahha jirresistu ghal din ir-ripressjoni fuq il-Fidi taghhom minn dawn in-nies ta' sahha. Il-propjeta' tal-knisja giet konfiskata u l-art ghaddiet ghand il-Kalvinisti.

IL-KAPPILLAN JAHBI L-KWADRU TANT GHAZIZ

Meta Fr John Holubka,  il-kappillan tal-knisja ta' Silvua sema' x'kien qed jigri huwa bena' kaxxa rinfurzata bil-hadid. B'tant kura u ghaqal huwa kebbeb il-pittura ta' l-Imqaddsa Vergni Marija u t-Tfajjel Gesu', l-ilbies liturgiku u dokumenti li kienu juru li Vytautas il-Kbir kien ta b'donazzjoni l-art lill-knisja Kattolika, u pogga kollox fil-kaxxa. Issigillaha u difinha fil-fond fl-art hdejn blata kbira. Dak li ghamel, ghamlu fil-hin ghaliex ftit zmien wara l-awtorita' hatfet il-knisja. Kien jidher li ghall-villagg ta' Siluva il-fidi hajja ta' zmien qabel kienet giet fi tmiemha.

ALLA JINTERVIENI

Ghaddew tmenin sena u l-kattolici gradwalment ghebu ghaliex ma kellhomx min imexxihom. Ftit anzjani biss tal-villagg kienu jiftakru li xi darba kien hemm knisja kattolika fil-villagg taghhom. It-tfal kienu mtella' fit-twemmin kalvinista. Imma minghajr hadd ma kien jistenna bis-sahha ta' dehra ta' Marija Ssma, Alla intervena. Din id-dehra hija approvata mill- knisja u kien il-Papa Piju VI  li awtentikaha bis-sahha ta' digriet mahrug fis-17  ta' Awwissu. U dan li jghaggeb huwa l-fatt li dan sehh f'ambjent totalment anti kattoliku.

IT-TFAL HUMA XIEHDA TAD-DEHRA

Jum wiehed fis-sajf tas-sena 1608 numru ta' tfal kienu qed jiehdu hsieb tan-nghag taghhom go ghalqa 'l barra minn Siluva. Kienu qed jilghabu hdejn blata meta wiehed wara l-iehor il-harsa taghhom marret ghal fuq il-blata. Fis-silenzju li waqa' dak il-hin huma seta jisimghu bhala ilfieq gholi. F'dak il-mument  setghu jilmhu mara zaghzugha wieqfa fuq il-blata b'tarbija f'idha tikbi. Kienet tidher sobghiena hafna. Ma kellimthomx, imma harset lejhom b'qalb imnikkta. Il-mara kienet liebsa hwejjeg bojod u blu, ilbies li t-tfal ma kienux imdorrija jaraw. Xagharha twil kannella car kien jinzel fuq spallejha. Dawl mhux tas-soltu kien idawwar kemm lill-mara kif ukoll lit-tarbija.

TMIEM L-EWWEL PARTI

 

Make a free website with Yola