jesusandmary

IL-MIRAKLU MARJAN TA' SAN CIRIACO
 

Fis-sena 1796 il-kampanja militari ta’ Napuljun fl-Italja kienet fl-aqwa taghha meta diversi knejjes kien misruqa mill-oggetti u taghmir sagri taghhom. Fi klima bhal din sehhew serje ta’ grajjiet straordinarji.


Episodju  meqjus li sehh f' Gunju 1796 gewwa Ancona.

 Fil-katidral ta’ San Ciriaco, hemm xbiha tal- Marija Ssma b’ghajnejn nofshom maghluqa, meqjuma bit-titlu ta’ Regina tal-Qaddisin kollha.

Il-kappillan tal-katidral jirrakonta li n-nies ta’ Ancona imbezza bl-ahbarijiet tar-rejds francizi kienu dahlu fil-katidral biex jitolbu li belthom tkun mehlusa mill-invazzjoni Franciza.

Ezatt fil-jum meta t-truppi ta’ Napuljun kienu qed ihejju biex jidhlu fil-belt, armla ta’ 30 sena Francesca Marotti, presenti fil-katidral fost il-folla rat lil Madonna tal-pittura ccaqlaq ghajnejha. Nies ohra kienu xiehda ta’ dan. Dan il-fenomenu kompla ghal diversi xhur taht il-harsien tal-kanonici u esperti tal-knisja.

Meta Napuljun dahal fil-belt talab li jgibulhu l-kwadru u x’hin rah hedded lill-poplu li jeqirdu, izda ghal xi raguni jew ohra, jidher li beza’ u ordna li jaghttuh bid-drapp u jergghu jqeghduh fil-katidral. Mhux hekk biss, huwa mill-gdid radd lura l-gojelli li kien seraq lil Madonna.

Nitolbuha lil Marija Ssma, Regina tal-Qaddisin Kollha  biex hija tindahal ghalina kontra l-assalti tal-hazen li jdawruna lejl u nhar.


 

Make a free website with Yola