IL- MIRAKLU TA’ GWADALUPE
Is-sinjura taghna ta' Guadalupe huwa t-titlu li bih il-kattolici jqimu lil Marija SSma fid-dehra li sehhet fil-Messiku fis-sena 1531.
Marija dehret lil Juan Diego Cuauhtlatoatzin, azeta konvertit ghall-kristjanezmu fuq l-gholja ta' Tepeyac fin-naha ta' fuq tal-Messiku diversi drabi bejn id-9 u t-12 ta' Dicembru 1531.
Fuq ordni ta' Marija Sssma, Diego tela' fuq il-quccata ta' l-gholja fejn ra u qata il-ward li kibru mirokolosament, ghax ma kienx l-istagun taghhom. Qata xi uhud minnhom u tefaghhom fil-mantell. Mar bihom ghand l-isqof u meta fetah il-mantell il-fjuri waqghu fl-art u fegget fil-kappa xbiha tal-Madonna li wiehed ghadu jista jara sal-lum
L-isem Guadalupe nghata minn Marija Ssma stess lil Diego: xi whud jghidu li huwa traskrizzjoni fl-ispanjol ta' l-espressjoni azteka Coatlaxopeuh, cioe " dik li tishaq lix-xitan." Bhala tifkira tad-dehra imbniet mill-ewwel kappella, li aktar tard nbidlet f'ohra aktar kbira fis-sena 1577 u maz-zmien imbena santwarju konsagrat fis-sena 1622.
Fl-ahhar fis-sena 1976 giet inawgurata l-attwali Bazilka taht it-titlu tas-Sinjura ta' Guadalupe. Fis-santwarju hemm konservat il-kappa jew mantell ta' Juan Diego li fuqu hemm l-immagini ta' Marija, xbiha tixbah lil zaghzugha indjana minhabba il-gilda skura. Fis-sena 1921 Luciano Perez, intbaghat mill-gvern biex jaghmel att terroristiku. Mar u pprezenta bukkett fjuri lill-Madonna. Hadd ma basar li fih kien hemm mohbija bomba.
Poggieh f'riglejn l-artal u meta hadet il-bomba, ghamlet hsarat lill-bini tal-Bazilka imma l-mantell li kien protett wara l-hgieg ma gratlu ebda hsara.
Id-dehra ta' Guadalupe hija rikonoxxuta mill-knisja kattolika u kien il-Papa Gwann Pawl II li ipproklama qaddis lil Juan iego fil-31 ta' Lulju 2002. Il-Madonna ta' Gwadalupe hija meqjuma bhala patruna u regina tal-kontinent amerikan. Il-festa taghha hija kkommemorata fit-12 ta' Dicembru, il-jum ta' l-ahhar dehra taghha. Fil-Messiku din id-data hija festa ta' precett.
april@