jesusandmary

IL-MIRAKLU TAL-MADONNA TA’ OROPA
 

SFOND STORIKU

Skont leggenda, statwa sewda ta’ l-injam tal-Vergni Marija, skolpita minn San Luqa, instabet gewwa Gerusalem minn San Ewsebju ta’ Vercelli. FIr-raba seklu din ix-xbiha ttiehdet gewwa Oropa u hemm tpoggiet f’nicca. Fiz-zminijiet tan-nofs imbniet knisja madwar in-nicca u fis-17 il-seklu imbniet dak li llum hija maghrfua bhala l-Bazilka l-Qadima  flok dik taz-zminijiet tan-nofs. Matul iz-zewg sekli ta’ wara zdied bini iehor bhal l-appartamenti rjali tad-Dar ta’ Savoia, librerija kbira u l-Bieb Rjali, bicca xoghol kapolavur ta’ l-arkitett Filippo Juvarra .
L-ahhar bini li zdied mas-santwarju kien il-Bazilka ta’ Fuq, knisja monumentali bejn is-sena 1885 u 1960. Dan sar minhabba n-numru kbir ta’ Pellegrini li jzuru lil Oropa. Il-Bazilka tista’ tilqa’ fiha 3000 ruh u l-koppla taghha hija 80 metru gholi. Quddiem din ix-xbiha Marjana jinghad li saru diversi mirakli fosthom………..

IL-MIRAKLU……… Giovanni Sa safa' iltim meta kellu 8 snin. Ma kellu ebda qraba u mcahhad minn kwalunkwe rizorsi kellu ghix bil-karita' Hajtu mbidlet meta erba hallelin wara li serquh qatghulhu lsienu b'imqass. Allura mutu, ghex ghal 11 il-sena bil-karita' u bix-xoghol ta' idejh. Fis-sena 1661 huwa mar Oropa biex jitlob il-Vergni Marija u waqt id-devozzjoni tieghu huwa rkupra l-lingwa. 
Maghruf il-fatt, l-Isqof ta' Vercelli waqqaf process kanoniku. Kemm ir-ragel li rcieva l-miraklu kif ukoll xiehda ohra kienu soggetti ghal interogazzjonijiet twal: fosthom kien hemm il-kappillan u t-tabib. Wara studju profond u ezami bil-ghaqal kollu nharget din is-sentenza:” Ahna nghidu, nippronunzjaw u niddikjaraw li Giovanni Sa gie mirakoluzament moghti l-lingwa u l-kelma li kien tilef meta ilsienu gie amputat. Dan kollu gara b'mod sopranaturali u mirakoluz."

 

Make a free website with Yola