jesusandmary

IL-MIRAKLU TAL-MADONNA TA’ SCIACCA



Il-Madonna tas-Sokkors hija xbiha marjana konservata fid-Duomo ta’ Sciacca (Agrigento); Hija l-patruna tal-belt u festa taghha tkun celebrata fit-2 ta’ Frar u l-15 ta’ Awissu. 

Waqt il-purcissjoni fi triq Licata isir ir-rit tradizzjonali msejjha l-“Fumata.”  Minn recipjent kbir, mizmum minn persuna tohrog dahna ta’ incens biex tfakkar il-miraklu ta’ meta l-belt giet liberata mill-pesta fis-sena 1626.
 Lill-qaddisa patruna taghhom in-nies ta’ Sciacca jattribwixxu l-fatt tal-waqfien tal-pesta li kien mifrux madwar il-pajjiz kollu. 

Jinghad li sehhet grajja eccezzjonali fil-purcissjoni tat- 2 ta’ Frar tas-sena 1626 meta l-purcissjoni waslet fi Triq Licata sajjetta nizlet mis-sema car u f’daqqa wahda mill-pedestal tal-vara tidher hierga shaba ta’ duhhan. F’dak il-mument preciz dawk li kienu morda mill-pesta fiequ. B’tifkira ta’ dak il-prodigju, minn dik d-data . kull sena fl-1 ta’ Frar igeddu l-vot li kien sar f’dak il-jum, li jaghmlu pellegrinagg, u l-ghada jgorr fi processjoni ix-xbiha tal-Madonna, maghzula patruna tal-belt. 


Mitt bahri, hafjin, jgorru fuq spallejhom il-vara li t-toqol taghha jitla’ ghal xi ftit tunnellati. L-istess purcissjoni tkun repetuta fil-15 ta’ Awissu.

mejju 2021@

 

Make a free website with Yola