jesusandmary


IT-TAMA TAGHNA FIK GHAX INTI L-OMM TAGHNA

RAKKONT MEHUD MILL-KITBA TA’ SAN ALFONS MARIA DE LIGUORI – IL-GLORJI TA’ MARIJA

Fl-istorja tal-fundazzjoni tal-Gizwiti fir-renju ta’ Napli, tinghad din l-istorja dwar zaghzugh mill-Iskozja jismu William Elphinstone.

Kellu relazzjoni familjari mar-Re Gakbu. Imwieled eretiku, huwa kien jimxi wara setta falza. Imma mnebbah mill-grazzja divina li wrietu t-triq mimlija zbalji li fiha kien jghix, mar fi Franza fejn bil-ghajnuna ta’ sacerdot gizwita, li bhalu kien Skocciz, u aktar bl-intercessjoni ta’ Marija Ssma nduna bl-izbalji, nidem u ikkonverta u sar Kattoliku.

Wara telaq ghar-Ruma fejn habib tieghu, jum wiehed sabu qalbu sewda u jikbi. Staqsieh ghaliex u William wiegbu:
“Dan il-lejl dehritli ommi u qaltli li ghamilt sew li dahlt fil-knisja katttolika imma li hija tinsab mitlufa ghaliex mietet fl-erezija.”

Minn dak iz-zmien huwa sar aktar devot ta’ Marija Ssma u ghazilha biex tkun l-omm tieghu. Kienet hija li spiratu biex jidhol religjuz. Huwa ghamel weghda li jaghmel hekk imma billi kien marid mar lejn Napli bit-tama li l-arja ta’ hemmhekk taghmillu tajjeb u jfieq.

Imma r-rieda tal-Mulej kienet li huwa jmut gewwa Napli u jmut ta’ religjuz. Huwa qaleb ghal aghar u bil-permess tas-superjuri tieghu qabel ma ircieva l-vjatiku ha l-voti ta’ religjuz fil-presenza ta’ Kristu fis-Sagrament ta’ l-Ewkaristija. Huwa sar parti mis-socjeta tal-Gizwiti.

Huwa radd il-hajr lil Marija talli bis-sahha taghha huwa induna bl-izbalji tieghu u ma kompliex fl-erezija, ikkonverta u sab ruhu qrib il-mewt fost hutu l-patrijiet.

Waqt li kien agunija huwa qal xi haga u wiehed minn dawk prezenti staqsieh x’kien qal. William wiegbu li l-anglu kustodju tieghu kien habbarlu li ser imur il-purgatorju, imma ghal ftit taz-zmien.
U bil-kliem Marija Omm tieghi huwa miet trankwillament u radd ruhu lil Alla.

Ftit wara patri religjuz kellu vizjoni li William kien diga’ dahal il-genna.

 

Make a free website with Yola