jesusandmary

GHANDU JKOLLNA TAMA U KUNFIDENZA KBIRA F’MARIJA GHALIEX HIJA R-REGINA TAL-HNIENA.

RAKKONT MEHUD MILL-KITBA TA’ SAN ALFONS MARIA DE LIGUORI – IL-GLORJI TA’ MARIJA

Fil-hajja ta’ swor Katerina, soru agostinjana, naqraw li fejn kienet toqghod, kien tghix mara jisimha Marija li f’zoghzitha kienet midimba u baqghet stinata fil-hajja tad-dnub sa xjuhitha. Minhabba f’hekk niesha tal-belt keccewha u kellha issib kenn gewwa ghar abandunata minn kulhadd. Meta mietet difnuha qishom difnu animal.
Is-soru Katerina li kellha attitudni li titlob ghal dawk l-erwieh li kienu hallew din id-dinja anqas biss hasbet biex titlob ghar-ruhha billi hija bhala kumplament tan-nies tal-belt emmnet li kienet indannata fl-infern.
Ghaddew erba snin mill-mewt ta’ Marija u jum wiehed dehritilha ruh mill-purgatorjuu qaltilha: “ Swor Katerina, kemm huwa destin ta’ niket id-destin tieghi. Inti tirrakomanda l-erwieh ta’ dawk li jmutu lil Alla u ghal tieghi ma ghandikx hniena.”
“Min inti?” staqsietha l-qaddejja ta’ Alla, swor Katerina.
“Jiena dik il-povra Marija li mietet gewwa l-ghar.”
“Kif?” sklamat Swor Katerina, “ Inti salva?
“Iva,” wegbitha Marija.
“U kif irnexxilek issalva?”

“Meta rajt li l-mewt kienet riesqa lejja u rajt lili nnifsi mimlija dnubiet u abbandunata minn kulhadd, dort lejn l-Omm ta’ Alla u tlabtha biex thenn ghalija, hija li hija t-tama tal-midimbin u l-abbandunati. Ghidtilha li hija kienet biss l-unika tama tieghi. Hija biss setghet issalvani. Tlabtha biex ikollha hniena minni. Hija tassew kellha hniena minni ghaliex qalghetli l-grazzja ta’ indiema minn dnubieti ta’ hajti kollha. Mhux biss salvajt izda bis-sahha taghha qalghetli wkoll il-grazzja li zmieni fil-purgatorju ma jkunx wiehed twil. Kelli inbati hafna ghal zmien qasir, nghaddi minn purifikazzjoni intensa u ta’ tbatija kbira, izda li kieku ma kienx ghal din il-purifikazzjoni zmieni kien ikun twil hafna. Ftit quddies iehor u jkun bizzejjed biex ninheles mill-purgatorju. Nitolbok itlob ghalija u nwieghdek li nitlob lil Alla u lil Marija ghalik.”

Swor Katerina ghamlet dak li r-ruh ta’ Marija talbitha u wara ftit jiem dehritilha, kollha dawl biex tirringrazzjaha u tghidilha li qieghda tgawdi lil Alla u quddiemu ser titlob ghaliha.

 

Make a free website with Yola