jesusandmary

 





MARIJA OMM IL-KNISJA

25Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. 26Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.” 27Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu. (Gwanni Kap 19)

It-tifkira li niccelebraw fix-xahar ta’ Mejju ( fil-jum tat-Tnejn, l-ghada tal-Pentekoste), li kienet mizjuda fil-kalendarju liturgiku ruman fis-sena 2018 mill-Papa Frangisk tenfasizza l-verita’ li l-Imqaddsa Vergni Marija mhux biss hija Omm tal-Persuna ta’ Kristu u allura Omm Alla, imma hija wkoll Omm il-Knisja, jigifieri Omm taghna lkoll.

U bhala Omm taghna hija turi kompassjoni u tenerezza u hniena ma’ uliedha kollha. Hija l-aktar omm feroci li ma tieqaf quddiem xejn biex thares u tipprotegi lil uliedha mill-perikli kollha, l-aktar dawk tax-xitan li kif jghid San Pietru dejjem idur madwarna biex jara lil min ser jibla’.

Is-silta turina lil Marija tbati taht is-salib ta’ Binha. Ma harbitx bil-biza’ bhal ma ghamlu l-bicca l-kbira tad-dixxipli ta’ Kristu. Hemm kienet taht is-salib taqsam it-tbatija mieghu, tippartecipa fil-pjan tas-salvazzjoni taghna.

U Kristu f’dak il-mument ta lil ommu, lid-dixxiplu tieghu Gwanni biex jiehu hsiebha u lilha, lil Gwanni biex hi tiehu hsiebu. Pass bhal dan, il-Padri tal-Knisja jispjegawh li minn dak il-hin Marija saret omm kulhadd, Omm il-Knisja.

Bhala Ommi u Ommok, hija turi tenerezza profonda ghalija u ghalik;  il-karezzi taghha ma humiex fizici, imma huma aktar profondi. Hija xxerred il-grazzji taghha fuq uliedha kollha. O li kieku nifhmu seww din il-verita’ kemm bnedmin jersqu numerosament u b’ aktar fidi lejha.

Ahseb ftit f’din l-Omm taghna tas-Sema qieghda hdejk f’kull mument ta’ hajtek, sija fil-mumenti tal-ferh kif ukoll fil-mumenti tan-niket, fil-mumenti tat-tentazzjonijiet u fil-mumenti tal-konfuzjonijiet u bizghat tieghek.

Itlobha tghinek u tharsek hawn f’din id-dinja u biex tidhol fil-hajja eterna msoffi minn kull htija.


 

 

Make a free website with Yola