jesusandmary

 

 

ESPERJENZA ta' ANNA MARIJA

AnnaMarija tirrakonta:


Ghandi 33 sena. Sa minn meta kont tifla ckejkna ommi kienet tkellimni fuq il-Madonna, fuq imhabbitha lejn kull persuna, kienet tghallimni fuq Alla li tant hu tajjeb u hanin li tana lil ibnu b'salvatur taghna u lil Marija ommu bhala ommna. Jiena emmintha f'dak kollu li kienet tghidli u kont naffaxxina ruhi fuq dak Alla tant kbir. Imma l-vizjoni tieghi fuq Alla tbiddlet hekk kif is-snin gerrbu minn fuqi u hafna cirkustanzi ta' hajti hadu direzzjoni negattiva.

Dawk iz-zminijiet bdejt nahseb li jekk Alla jezisti, kien biss alla "egosita" ghaliex kien qed jara s-sofferenza tieghi u deherlu li ma ghandux jimpurtah minni. Dan il-hsieb nissel fih sens ta' ribelljoni lejn kollox u lejn kulhadd, imma fuq kollox lejn il-Mulej. Aktar ma kien jghaddi zmien aktar il-hajja tieghi spiritwali kienet tormentata minn hafna bizghat u incertezzi li minn xi daqqiet kienu kawza li lil Alla nwarrbu fil-gemb, xi kultant nfittxu meta t-toqol tas-salib jaghfas fuqi ghaliex dan kien l-uniku mod li kien fadalli biex nemmen Fih. Kont nhossni vojta u kont niffacja l-problemi bi dieqa kbira.

U bhallikieku ma kienux bizzejjed it-turmenti tieghi, zdiedet maghhom il-marda t'ommi. F'dak iz-zmien ippruvajt nahbi kollox, specjalment minnha dawn il-mumenti ta' nixfa u dippressjoni. Biex forsi insib konsolazzjoni kont nipprova insib kenn fi hbiberiji vojta u bla sens imma dak it-tahwid spiritwali ma ghebx, izda kompla kiber u ma stajtx insib ebda soluzjoni.

It-tbatijiet tal-marda t'ommi resquni lejn dak Alla li hi kienet tant thobb u tghozz, biex nitolbu jaghmel miraklu mieghi: imma dan ma sehhx, Il-Mulej kellu pjanijiet ohra ghalija. Infatti wara tlett xhur mill-mewt t'ommi, smjat bil-Missjunarji u l-Volontarjat ta' l-Immakulata . Kien l-14 ta' Awissu 2001, il-jum tal-mewt ta' San Massimiljanu Kolbe, meta f'mument ta' talb li jiena ddedikajt ghalih hassejtni milquta mill-imhabba ta' Marija Vergni, mill-harsa taghha materna u kemm kienet haga xierqa u ta' ferh li wiehed jitlob. Laqtitni frazi li biha bqajt impressjonata: "L-immakulata tista tbiddel u tqawwi l-hajja ta' dawk li jafdaw fiha bil-fiducja."

Minn dak il-mument ‘l hawn, il-Vergni Mbierka fethitli triq gdida, li minkejja d-diffikutajiet li habbat wicci maghhom, komplejt miexa fiha bil- forza qawwija ta' l-Ispirtu Santu u bil-ghajnuna ta' Marija Ssma. Komplet il-mixja tieghi ta' sofferenza, rajt il-valur taghha u wizint tajjeb il-htiega tat-talb. Fhimt li Gesu' bata hafna fuq is-salib ghalija u l-lum bhala persuna kkonsograta lil Immakulata, inqieghed il-fiducja tieghi f'Marija li dahlet fil-fond ta' qalbi.

F'dawn is-snin ta' mixja hafna affarijiet tbiddlu f'hajti, ergajt nissilt fiducja kbira f'Alla u f'huti l-bnedmin. L-Immakulata infaxxatli l-feriti nterjuri tieghi u fejqithomli, helsitni sahansitra mid-disprezz u l-korla li kelli ghalija niffsi. Kollox gheb bhal buzzieqa tas-sapun meta din tinfaqa'. Il-mibgheda hallietni biex flokha dahlet l-imhabba, id-dwejjaq ta' lok ghall-ferh, il-hajra ghat-talb ha post it-telqa spiritwali u l-kommunita' ta' huti l-bnedmin warrbet is-solitudni.

Bis-sahha ta' l-Immakulata sibt ruhi mibdula ghal kollox, hajti hadet tifsira ohra; fl-ahhar qed nitghallem x'jigifieri l-paci tal-qalb u s-serhan tal-mohh. Meta nhossni nikduda mill-biza' jew incertezzi, nitlob ghaliex it-talb jnissel fija l-ferh u konsolazzjoni. Kemm hu sabih li titlob biex tirringrazzja lil Alla, aktar milli titlob xi haga lura.

Irrid nghidilkom li l-Immakulata mhux biss hija vicin tieghi, imma qrib taghkom ukoll basta tfittxuha u hija tgharraf lilha nifissha lilkom.

Firmata AnnaMaria

Make a free website with Yola