jesusandmary

 HAMES RAGUNIJIET GHALIEX AHNA GHANDNA NONORAW LIL MARIJA


1. Marija hija Omm Gesu’. Bis-sahha ta’ l-Ispirtu Santu u permezz taghha, Gesu’ nizel fil-guf verginali taghha u twieled fostna l-bnedmin biex bil-mewt tieghu huwa jaghitna s-salvazzjoni eterna.

2. Hija l-ewwel u l-aktar dixxiplu perfetta.  Hija kienet l-ewwel wahda li semghet il-kelma ta’ Alla permezz ta’ l-anglu Gabirjiel, u l-ewwel wahda li mxiet wara Kristu.  Hajjitha kollha kienet ta’ servizz ghal Binha Gesu’, u assistitu f’kull haga li kien jehtieg biex Hu jkun jista’ jaqdi l-missjoni tieghu. Id-dnub originali ma kellu ebda effett fuqha ghax hi mimlija bil-grazzja, kif sellmilha l-anglu.  Marija kienet kapaci  tpoggi r-rieda taghha taht saqajha biex dejjem taghzel il-volonta’ ta’ Alla.

3. Hija Ommok. Tassew hija ommok.  Anzi b’mod aktar semplici nghidu li hi ommna lkoll ghaliex ahna kollha membri tal-Gisem ta’ Kristu. Ghax hi tat hajja lil dak il-Gisem allura ahna lkoll uliedha u hi hija ommna.  F’dak il-mument li hija qalet il- FIAT, Iva, hija saret ommna fl-ordni tal-grazzja. Hija ma wellditniex fisikament, imma certament wellditna spiritwalment.

4. Hi thobbna aktar milli nistghu nahsbu. Jekk ma kienitx thobbna, kienet ser tasal biex tghaddi minn dik it-tbatija li tara lil Binha fflagellat, inkurunat bix-xewk, jerfa’ is-salib sal-Kalvarju fejn gie imbaghad moghti mewta l-aktar kiefra? Sofriet kollox ghalik ghaliex fehmet li din kienet it-triq biex Binha jgibilna s-salvazzjoni eterna. Hi thobbna b’imhabba tal-genn.

5. Mhux biss hija Omm, imma hija wkoll Avukata, Benefattrici u Medjatrici. Ix-xoghol taghha beda’ biex nghidu hekk mill-mument tal-koncepiment ta’ Gesu’ u ghadu sejjer sal-lum u jibqa’ sejjer bla waqfien.  Marija Ssma tintercedi ghalina kontinwament quddiem Binha sabiex Hu jxerred il-grazzji tieghu fuqna l-bnedmin ghas-salvazzjoni taghna.  Hija l-hin kollu tahdem ghal dak kollu li nehtiegu u meta’ nehtiguh matul l-erba’ u ghoxrin siegha tal-jum, il-gimgha kollha u s-sena kollha.


Make a free website with Yola