jesusandmary

  


IL-MADONNA TA’ BONARIA

L-istatwa maghrufa bhala l-Madonna ta’ Bonaria, hija xbiha ta’ Marija Vergni u t-tfajjel Gesu’; inhadmet minn bicca injama shiha tal-harrub b’qisien ta’ metru u 55 centimetru.

Ras ix-xbiha tal-Madonna hija mikxufa b’xaghar twil li jibqa’ niezel fuq l-ispallejn. Il-wicc angeliku taghha ghandu kulur naturali. Mill-ghonq sas-saqajn hija liebsa ilbies twil u xi ftit wiesgha, indurat bid-deheb, li minn tahtha hierga sieqha tal-lemin. Qaddha hu maqful b’cinturin. Il-mantell kbir ta’ kulur blu ndurat wkoll bil-fjuri mixhut fuq spallejha, jinqafel fuq sidirha u jingabar bil-galbu taht drieghha tax-xellug. Idha tal-lemin tohrog minn taht il-mant u izzomm xema. Fuq drieghha tax-xellug hija qed izzomm li Gesu’ Bambin li f’id wahda ghandu globu u bl-ohra jidher donnu qed ibierek lid-dinja. L-istorja tirrakonta kif giet din ix-xbiha gewwa Cagliari:

Vapur li probabilment kien qed ibahhar minn Spanja lejn l-Italja iltaqa’ ma’ maltempata mhux mstennija. Biex isalva lill-ekwipagg, il-kaptan ordna li l-merkanzija kollha tintefa’ fil-bahar. Fost il-merkanzija kien hemm kaxxa kbira li hadd ma kien jaf min kien sidha jew x’kien fiha. Kien l-ahhar ogget li ntefa’ fil-bahar.

F’daqqa wahda t-tempesta waqfet . Il-kaptan fittex li jerga’ jaqbad ir-rotta, imma l-vapur, kważi mġiegħel minn forza misterjuża, segwa d-direzzjoni li hadet il-kaxxa fuq il-bahar sa ma fl-ahhar inkaljat fuq ix-xatt taht l-gholjiet ta’ Bonaria. Folla kbira nkluza l-awtorita religjuza u dik civili, grew lejn ix-xatt biex jaraw x’kien qed jigri.

Kulhadd kellu hsieb wiehed: li l-kaxxa kellha maghluq fiha misterju . Ippruvaw jifthuha, izda hadd ma irnexxilu.; ippruvaw jerfghuha, izda kull sforz kien ghal xejn. Il-kaxxa kienet tqila wisq.

F’hin bla waqt, lehen ta’ tfajjel ckejken ghajjat: “ Sejhu l-patrijiet ta’ Madonna tal-Hniena.” Dawn waslu malajr u bla ebda diffikulta’ refghu l-kaxxa tqila u haduha lejn il-knisja taghhom. X’seta’ kien fiha dik il-kaxxa misterjuza biex il-patrijiet biss setghu jerfghuha u johduha lejn il-kunvent taghhom?

F’atmosfera ta’ silenzju u ansieta’, il-patrijiet fethu l-kaxxa u quddiemhom dehret statwa sabiha tal-Madonna izzomm lil binha Gesu’ Bambin u xema mixghula f’idejh. Il-profezija ta’ Fra Carlo sehhet.

il-kaxxa li jinghad li garrew il-patrijiet u li fiha instabet l-istatwa, issa merfugha fil-muzew

Marija, il-mara li giet fuq il-bahar, ghazlet bhala dar taghha l-Gholja ta’ Bonaria. Piju X, fit-13 ta’ Settembru 1907, ipproklama lill- Madonna ta’ Bonaria il-Patruna ta’ Sardenja. F’gheluq is-seba’ centinarju, fid-data ta’ l-24 ta’ April. 1970, il-Papa Pawlu VI mar gewwa Bonaria biex jiehu sehem fic-celebrazzjonijiet.

Il-Papa Gwann Pawlu II gie bhala pellegrin fl-20 ta’ Ottubru 1985, filwaqt li Papa Benedittu XVI gie joffri l-qima tieghu lill-Madonna ta’ Bonaria fis-7 ta’ Settembru, 2008. IL-KAXXA LI FIHA KIEN HEMM L-ISTATWA TAL-MADONNA BIL-BAMBIN U LI L-LUM TINSAB FIL-MUZEW TAL-KNISJA. IL-MADONNA TA’ BONARIA Il-poplu ta’ Cagliari jiccelebra tlett festi ad unur il-Madonna ta’ Bonaria matul is-sena liturgika: fil-25 ta’ Marzu, 24 ta’ April u fl-ewwel Hadd ta’ Lulju.

Waqt lil-Knisja Kattolika tfakkar il-grajja ta’ meta l-Anglu Gabirjiel habbar lil Marija li kellha tkun Omm Alla (il-Lunzjata) fil-25 ta’ Marzu, in-nies ta’ Bonaria jfakkru il-wasla ta’ l-istatwa b’mod prodigjuz li sar fis-sena 1370. L-24 ta’ April, 1870 fl-okazzjoni ta’ gheluq il-hames centinarju tal-wasla ta’ l-istatwa.

F'din l-okkażjoni il-Papa San Piju X baghat il-barka appostolika tiegħu, u, iddikjara li dan kien il-jum għac-ċelebrazzjoni liturġika tal-festa tal-Madonna tal Bonaria. L-ewwel Ħadd ta’ Lulju, il-poplu jiċċelebra l-festival tas-sajf ad unur il-Madonna ta’ Bonaria.

Huwa festival popolari hafna fejn il-Madonna tohorg processjonalment fuq il-bahar akkumpanjata minn nies fuq id-dghajjes. Waqt il-processjoni taghha fuq il-bahar, helikopter militari jwaddab fjuri u rand imbierek b’tifkira ta’ dawk il-vittmi li waqaghu matul il-gwerra kontra l-Awstrijaci fis-sena 1866. Wara jirritornaw f’Bonaria fejn l-Arcisqof jikkonkludi c-celebrazzjonijiet b’diskors u barka.

MUMENTI MILL-FESTIVAL TA’ L-EWWEL HADD TA’ LULJU.

 

Make a free website with Yola