jesusandmary

 

 

 

 

IL-MADONNA TA’ CZĘSTOCHOWA


Il-monasteru ta’ Jasna Gora f’Czestochowa, fil-Polonja huwa t-tielet l-akbar sit ta’ pellegrinaggi Kattolici. Dan il-lok jilqa’ fih ix-xbiha mirakoluza tas-Sinjura ta’ Częstochowa, bil-monasteru jservi ta’ santwarju nazzjonali u centru ta’ Kattolicizmu Polakk.

L-ISTORJA TA’ L-IKONA

Skond it-tradizzjoni, l-ikona ta’ Jasna Góra giet impittra mill-evangelist San Luqa fuq wicc ta’ mejda li hadem Gesu’ innifsu u x-xbiha skoprieta Sant’ Elena, omm l-imperatur Kostantinu li kienet kollettrici ta’ relikwiji nsara fl-Art Imqaddsa. L-ikona giet imqieghda u protetta fil-belt imperjali ta’ Kostantinopli fejn baqghet ghal 500 sena.

Fis-sena 803 jinghad li l-pittura giet moghtija bhala rigal taz-zwieg mill-imperatur bizantin lil principessa griega li hadet b’zewgha li wiehed nobbli. Ix-xbiha giet imqieghda fil-palazz imperjali ta’ Belz fejn damet hemm ghal kwazi 600 sena.

IL-BAZILKA MINN GEWWA

Waslet fil-Polonja fis-sena 1382 bis-sahha ta’ armata Pollakka li kienet qed tahrab xi suldati Tartari li kienu nifdu x-xbiha bi vlegga.

Leggenda tghid li waqt li l-Belt ta’ Belz kienet qed tinqered u tinsteraq, shaba misterjuza hbiet il-kappella li fiha kien hemm l-immagini. Monasteru gie imwaqqaf gewwa Częstochowa biex tkun ta’ santwarju ghal din ix-xbiha fis-sena 1386 u r-re Jagiello bena katidral madwar il-kapella li kienet tospita l-ikona.

L-immagini ghal darb’ohra sfat taht attakk iehor fis-sena 1430. Il-Hussiti attakaw il-monasteru, carrtu wick il-Vergni b’xabla u hallew desagrat f’ghadira demm u tajn.

Jinghad li meta l-patrijiet refghu likona mt-tajn harget ghajn ta’ ilma li biha naddfu x-xbiha. L-ikona ntbaghtet gewa Krakovia biex tkun restawrata, imma d-daqqiet ta’ xabla u l-vlegga thalew u ghadhom jidhru cari sal-lum.

Il-miraklu li ghalih il-Madonna s-Sewda ta’ Częstochowa hija l-aktar maghrufa ghalih sehh fis-sena 1655 meta truppi Svedizi kienu waslu biex jinvadu Częstochowa. Grupp ta’ suldati pollakki talbu b’hegga kbira quddiem l-ikona ghall-helsien u l-ghadu rtira. Fis-sena 1656 ir-re Giovanni Kasmir iddikjara lis-Sinjura ta’ Częstochowa Regina tal-Polonja u waqqaf din il-belt bhala l-kapitali spiritwali tan-nazzjon pollakk.

IL-Vergni regghet tat l-ghajnuna taghha lill-poplu pollakk fis-sena 1920 meta l-armata l-Hamra fegget fuq ix-xtut tax-xmara Vistula, lesta biex tattakka. Kemm il-poplu kif ukoll is-suldati resqu ghal ghajnuna tar-Regina taghhom, is-sinjura ta’ Częstochowa u f’Settembru 15, festa tal-Madonna tad-Duluri, hija dehret fuq is-shab ‘l fuq fis-smewwiet ta’ Varsavja. Ir-Russi sfaw telliefa f’serje ta’ battalji li aktar ‘l quddiem gew imlaqqma l-Miraklu ta’ Vistula.

Matul il-hakma nazista, Hitler ipprojbixxa li jsoru pellegrinaggi ghal Jasna Góra , imma hafna kienu jaghmlu il-vjagg lejn is-Santwarju bil-mohbi. Fis-sena 1945 wara li l-Polonja giet liberata, nofs miljun pellegrin terrqu Częstochowa lejn biex juri l-gratitudni lejn ir-Regina taghhom. F’Settembru 8, tas-sena 1945 miljun u nofs devot ta’ Marija ingabru fis-santwarju biex igeddu d-dedika ta’ nazzjoni lil Qalb Immakulata ta’ Marija. Matul il-gwerra bierda Jasna Góra kienet centru tar-resistenza anti kommunista.

Bniedem illustri li kien devot ta’ Marija kien il-papa Gwanni Pawlu II. Huwa mar jinvizta lill-Madonna s-Sewda gewwa Jasna Góra, fis-snin 1979, 1983, 1991, u 1997. Fis-sena 1991 huwa zamm jum iz-zaghzagh gewwa Czetochowa, fejn madwar 350,000 min kull parti ta’ l-Ewropa .

Papiet ohrajn onoraw ir-Regina tal-Polonja fosthom il-Papa Klement XI li ufficjalment irrikonoxxa in-natura mirakoluza tax-xbiha fis-sena 1717 u fis-sena 1925 il-Papa Piju XI waqqaf il-jum tat- 3 ta’ Mejju bhala festa as unur taghha. Il-Papa Benedittu XVI zar is-santwarju fis-26 ta’ Mejju tas-sena 2006.

IL-MONASTERU

Huwa bini ta’stil barokk u jinsab fuq gholja li tiddomina lil Czetochowa. Dan il-lok qaddis u devot dejjem hu mimli pellegrini u devoti marjani. Li jolqot hafna lil vizitatur meta jersaq lejn il-monasterju huwa l-kampnar mibni fis-sena 1905 bil-parti ta’ isfel mibnija fis-sena 1714.

Fit-tieni livell tal-kampnar hemm erba ucuh ta’ arlogg, wiehed fuq kull naha, li kull kwarta idoqqu melodiji marjani. Fit-tielet livell hemm l-istatwi ta’ San Pawl Eeremita, San Florian, San Kasimir u Santa Hedvig, Regina. Il-hames livell ghandu x-xbihat tas-Santi Padri, San Ljun il-kbir, Santu Wistin u Sant Ambrog.

IL-PITTURA FIL-KAPPELLA TAL-MADONNA S-SEWDA.

Il-pellegrin ma jiffokax l-attenzjoni tieghu fuq il-monasteru, izda fuq il-kapella fejn hemm esposta x-xbiha tal-Madonna s-Sewda. Din turi lil Marija, b’wicc serju, izzomm lit-tarbija Gesu’ fuq diraghajha.

L-ilbies tal-Vergni u l-mantell huma mzejna bil-gilji, simboli ta’ familja rjali ungeriza. It-tfajjel Gesu; huwa mlibbes b’libsa hamra u qed izomm il-Bibbja f’idejh ix-xellugija. F’okazzjonijiet specjali , il-Vergni u Binha huma mlibbsa ilbies vjola mzejjen bil-gawhar u kuruni tad-deheb.

IL-KAPPELLA TAL-MADONNA S-SEWDA MINN GEWWA

L-immagni hija mqieghda go kwadru tad-deheb imzejjen b’numru kbira ta’ hagar prezzjuz u jidher wieqaf fuq altar ta’ l-ebbanu u fidda moghti donazzjoni mill-Kanciller George Ossolinski fis-sena 1650.

L-altar bl-ikona huwa separat mill-bqija tal- kappella b’xatba tal-hadid mis-saqaf sa l-art. Il-kappella ghandha hames altari ohra, l-aktar wiehed prominenti ikun dak tal-Kurcifiss li jgib id-data ta’ 1400.

It-tezor tal-monasteru ghandu bosta offerti votivi moghtija lill-Madonna s-Sewda matul is-sekli , ibda mis-seklu 14 sa dak prezenti. Dawn jinkludu xwabel u xettri irjali, kuruni ta’ ruzarju li xi whud minnhom huma maghmula minn hobz niexef fil-kampijiet tal-koncentrament.

Reijiet u irgejjen offrew donazzjonijiet ta’ oggetti prezzjuzi. Wiehed sahansitra jsib cilindri tal-gass tad-dmugh uzati mill-kommunisti kontra l-membri ta’ Solidarjeta’ matul il-protesti taghhom fis-sena 1980.

Madwar il-bazilka fejn darba kien jezisti foss, hemm l-erbatax il-stazzjoni tal-Via Sagra, xoghol mahdum fil-bronz ta’ Pius Weloński fis-sena 1913, Hafna huma l-pellegrini li waqt iz-zjara taghhom fil-monasteru jiehdu l-opportunita’ biex jaghmlu t-talba ta’ Via Sagra.

L-aktar zmien li fih wiehed jara pellegrinaggi huwa fil-festi marjani. Fil-jum tal- 15 ta’ Awissu, madwar 500,000 pellegrin jzuru din il-belt. Sa mis-sena 1711, matul period ta’ 21 jum, pellegrinagg jhalli Varsavia u 32 belt ohra u jimxu f’purcissjoni lejn Częstochowa. Ir-Regina tal-Polonja tara hafna devoti taghha fil-festa ta’ Marija Regina tal-Polonja ( 3 ta’ Mejju), fil-jum tas-26 ta’ Awissu festa tas-Sinjura ta’ Częstochowa, fil-festa tal-Bambina (8 ta’ Settembru u fil-Festa ta’ Marija Mmakulata. (8 ta’ Dicembru.)

 

PARTI OHRA MILL-KAPPELLA TAL=MADONNA S-SEWDA

DEHRA OHRA TAL-BAZILKA MINN GEWWA

L-IKONA TAL-MADONNA S-SEWDA IMLIBBSA GHAL OKAZZJONI.

 

 

Make a free website with Yola