jesusandmary

 

 DEVOZZJONI MARJANA ‘L BARRA MINN XTUTNA.


IL-MADONNA TAL-GENNA MEQJUMA GEWWA MAZARA DEL VALLE.

L-IMPORTANZA tas-Santwarju dedikat lil Madonna tas-Sema huwa marbut ma’ serje ta’ grajjiet mirakoluzi li t-tradizzjoni tattribwixxi lix-xbiha mpittra fuq it-tila li b’suggett taghha ghandha lil Marija Ssma., opra ta’ Sebastiano Conca.

It-tila li ghandha qisien ta’ 72 bi 97 tirraprezenta f’forma ovali l- Vergni Mbierka, nofs bust u ta’ kobor naturali; wiccha ghandu dehra mistika ta’ dulur u ferh, halqa miftuh ftit u b’ghajnejha jharsu ‘l fuq. Idejha msallba fuq sidirha u xaghra lewn qastni niezel fuq spallejha.

Il-pittura ma iggibx firma ta’ l-awtur taghha u anqas data ta’ meta saret, imma hu kwazi cert li P. Milazzo, superjur tal-Gizwiti kien li pproponiha u ordnaha biex jesponiha fil-kappella mlaqqma tas-Sema.  Id-data tax-xoghol hi mahsuba li kienet bejn is-sena 1760 -1761.

Skond ma jinghad meta l-pittur kien ghoddu lest mill-pittura u kien jonqsu biss il-wicc, dan ikkonfonda kif ser ipingih fuq it-tila.  Intilef f’raqda profonda, tip ta’ estasi, u meta mill-gdid gie f’sensih il-kwadru kien lest totalment.

Grajjiet ohra mirakoluzi jirrigwardaw ic-caqliq ta’ l-ghajnejn u d-dmugh ta’ l-immagni tal-Madonna. L-ewwel miraklu simili sehh fil-kappella tal-Gizwiti fit-3 ta’ Novembru tas-sena 1797.

Il-miraklu rrepeta ruhu hafna drabi matul il-lejl sakemm il-kwadru gie mehud processjonalment ghall-Katidral b’partecipazzjoni qawwija ta’ fidili.

Dan il-prodigju rrepta ruhu fil-Kullegg ta’ San Karlu, u fil-monasterji ta’ Santa Katerina u San Mikiel u fil-Kullegg tas-Sagra Familja, fejn l-immagni kienet trasportata fil-prezenza ta’ l-isqof u l-Kleru flimkien mal-folla tal-fidili.

L-isqof ta’ dak iz-zmien, Mons Orazio la Torre li anke hu kien xhud ta’ dan il-miraklu waqqaf process investigattiv skond ir-regoli tal-Koncilju ta’ Trento.

Waqt il-process kienu mismugha akar minn mitt xhud okulari li lkoll stqarrew li waqt li kienu qed jitolbu u jlissnu l-kelmiet tas-Salve Regina “u urina dawk l-ghajnejn tieghek tal-hniena” il-Madonna mexxiet harsitha ‘l hawn u ‘l hemm filwaqt li kbiet.

Is-sena ta’ wara, fit-23 ta’ Awissu 1798 wara gudizzju posittiv mill-Kurja, l-isqof habbar li l-miraklu kien tassew awtentiku u fl-10 ta’ April tas-sena 1803 ix-xbiha ta’ Marija tas-Sema giet inkurunata sollenement. Dak iz-zmien ix-xbiha marjana kienet kustodita fil-kappella ta’ l-Eszercizzji, imsejha wkoll il-kappella tas-Sema, li minnha x-xbiha hadet isimha u l-fama, li kienu qeghdin isiru bosta mirakli tant xterdet li l-kappella saret zghira biex tilqa’ il-qima tad-devoti.

Minhabba f’hekk, erba’ snin wara l-inkoronazzjoni, l-isqof Orazio de la Torre, irrestawra, kabbar u adatta knisja vicin dedikata lill-Madonna tar-Ruzarju u bidilha fi knisja dedikata lill-Madonna tas-Sema, fejn fis-6 ta’ Novembru 1808 il-Madonna tas-Sema giet trasferita. Mil 1808, fit-tiena Hadd ta’ Lulju ta’ kull sena issir purcissjoni b’tifkira tat-trasferiment tal-Madonna tas-Sema fil-knsija gdida taghha. Isiru wkoll festi bejn it-3 ta’ Novembru u l-11 ta’ Novembru.

Kien hemm drabi ohra meta l-Madonna fethet u ghalqet ghajnejha bhal per ezempju fl-20 ta’ Ottubru 1807, fil-21 ta’ Jannar 1811 u l-15 ta’ Marzu 1866. Ghalkemm fis-sena 1981 rega’ sehh dan il-fenomenu, dan ma giex rikkonoxxut ufficjalment.

Bil-bolla tal-Papa Giovanni XXIII li ggib id-data  ta’ 10 ta’ Marzu 1962, il-Madonna tas-Sema giet dikjarata co patruna tal-belt fimkien ma’ San Vito, San Modesto u Santa Krescenza.


Il-festi jibdew bi preparamenti xierqa f’gieh Santa Marija tas-Sema. Fil-jum li fih ix-xbiha tohrog ufficjalment minn postha biex titqieghed f’post centrali fil-knisja tigi celebrata quddiesa biex wara x-xbiha tittihied bi processjoni fil-Katidral tas-Salvatur.  Hemm ghal tlett ijiem shah isir tridu marjan b’celebrazzjoni ta’ zewg quddisiet, wahda fil-ghodu u l-ohra filghaxija.

Fil-jum tal-Gimgha qabel il-festa fis-santwarju taghha issir velja marjana.

F’jum il-festa ta’ l-inkoronazzjoni issir quddiesa solenni celebrata mill-isqof fil-katidral tas-Salvatur. Filghaxija ssir purcissjoni mill-Katidral ghall-parrocca ta’ Santa Gemma.  Hemm ghal jumejn isiru quddies bil-kant u priedki.


Make a free website with Yola