jesusandmary

 

IL-QAWWA TA' MARIJA ADDOLORATA

 

   Wahda mix-xbihat popolari ta' Marija Ssma( ikona li min jaf kemm-il darba giet impittra, kantata, imdamma fl-litaniji, miktuba f'poeziji u uzata biex tqanqal l-moghdrija) hija l-imagini ta' Marija Addolorata wieqfa taht is-Salib li fuqu Binha halla hajtu b'fidwa ghall-bosta.

Kif Gesu' kien qed imut, l-Evangelji jghidulna li hemm Marija kienet wieqfa taht is-Salib. Xena li tistedinna ghal aktar minn semplici ammirazzjoni, pieta' jew simpatija.
Fil-vangelu Marija Ssma hija l-aktar persuna importanti, wara Kristu Gesu', li wiehed ghandu jistudja. Hija mudell tad-dixxiplu ta' Kristu.

X'inhi taghmel hemm taht is-salib? Mad-daqqa t'ghajn jidher li ma qed taghmel xejn specjali: ma titkellimx, ma tippruvax twaqqaf il-krucifissjoni u ma tipprotestax ghal ingustizzja li qed issir ma' Binha anqas ma tghajjat li Gesu' huwa nnocenti. Hija muta, tidher passiva minn barra, ma taghmel assolutament xejn.

Imma fil-profond hija qed taghmel dak kollu li wiehed jista' jaghmel meta qieghda taht it-toqol tas-salib, terfghu bil-qawwa kollha taghha minghajr tgemgim u bir-rassenjazzjoni; tirrifjuta li ccedi. Dik kienet il-missjoni taghha li tippartecipa fil-fidwa ta' Binha ghall-bnedmin.

Xi drabi l-artisti ipingu lil Marija mitluqa taht is-salib, juruhilna bhal l-mara feruta, bla sahha, paralizata bid-dulur, oggett ta' simpatija. Ma hiex il-vera stampa ta' dak li gara. Mitluqa taht is-salib jfisser dghufija, kollas, isterizmu. Bil-kuntrarju x-xena li jtuna l-evangelji juruhilna bhala l-mara ta' qawwa li riedet tkompli tiehu sehem fil-fidwa ta' Binha ghall-bnedmin sa l-ahhar.

Ghalkemm huwa minnu li Marija ma waqfitx il-krucifissjoni ( hemm mumenti fil-hajja li s-siegha tad-dlamijiet issaltan fost il-bnedmin) imma setghet twaqqaf xi ftit il-mibgheda, il-krudelta' li ghalihom kienet xiehda. U dan ghamlitu billi sofriet kollox fis-silenzju u ma pattietx lura dak li kienet qed tara li jsir lil Binha. Is-silenzju taghha wera' fiha gentilezza, mahfra, paci u dawl.

U bhalma ghamlet Marija taht is-salib ma hiex haga hafifa li wiehed jaghmel. Fina nhossu li kull ma jsir ghandu jsir bil-gustizzja; inhanqbu ghaliha u nirrifjutaw li nkunu passivi fil-prezenza ta' l-ingustizzji. Din hi haga sabiha u kultant li nahdmu ghaliha hija haga ta' min ifahharha u tajba. Kultant irridu nghajtu, nipprotestaw u litteralment niffruntaw sidirna ghal ingustizzja u naghmlu kull ma nistghu biex inwaqqfu l-krucifissjoni.

Imma hemm zmien meta l-affarijiet tant ikunu ddeterjoraw li l-ghajjat taghna, il-protesti taghna ma jkunu ta' ebda valur, is-siegha tad-dlam tkun trid tiehu l-kors taghha u kull ma nistghu naghmlu hu li nieqfu taht is-salib nsofru kollox bir-rassenjazzjoni u ma nippartecipawx fl-energija li biha ikunu qed isiru ingustizzji. Bhal Marija nieqfu taht is-salib u nghidu: " Ma nistghux nwaqqfu din il-krucifissjoni, ma nistghux inwaqqfu din il-mibgheda, din il-hruxija bla qalb, imma ghal inqas ma nkomplux inxerrduha."

Din mhux l-istess haga bhad-disperazzjoni. Il-fatt li ma nistghu naghmlu xejn mhux rassenjazzjoni passiva imma bil-maqlub. Nkunu qeghdin nersqu lejn l-uniku ragg ta' dawl, imhabba u fidi li jkunu ghadhom hajjin f'dak id-dlam u mibgheda. U f'dak il-mument hija l-unika haga li l-fidi u l-imhabba jistghu jaghmlu.

Kultant id-dlamijiet jidhru li qed igibu r-rebha u ma hemm xejn x'nistghu naghmlu. Kultant l-ghama tal-mibgheda, il-krudelta' u l-vjolenza u d-dnub ma nkunux nistghu nwaqqfughom ghal dak il-hin. Imma bhal Marija taht is-Salib nistghu ntaffu ftit il-mibgheda u l-krudelta' li jdawruna.

 

Make a free website with Yola