
IL-VIRTU’ TAL-HNIENA F’MARIJA
Xi xahrejn ilu marti, ibni ckejken u jiena morna fuq vjagg pjuttost twil matul tmiem il-gimgha fuq il-Mlied. Wara jum sabih ta’ sewqan konna qed nirritornaw lura lejn id-dar meta ndunajt li l-fuel beda jonqos u zgur li ma kontx ser nasal id-dar bli kien fadal fit-tank. Lo!!!! 20 minuta wara waqaft tlett mili ‘l boghod mill-eqreb villagg.
Kien qed iraxxax id-dlam u bdiet ukoll niezla xi xita hafifa. Il-karozzi bdew ghaddejjin minn ma’ gebna qishom rih. L-unika haga li stajt naghmel kien li nohrog mill-karozza u nitlob l-ghajnuna lil xi sewwieq ta’ qalbu tajba.
Ghal 10 minuti ghamilt is-sinjal biex xi hadd jieqaf u f’qalbi tlabt lill-Vergni Qaddisa ghal assistenza. Izda bhal inkejja, is-sewwiqa kienu jnaqqsu l-giri tal-vettura meta jkun qrib tieghi, biex meta jaslu, itiru mill-gdid minn hdejja.
Imxarrab bix-xita u mrezzah bil-ksieh, ergajt lura lejn il-karrozza kollni hosbien kif ser naghmel biex nirranga s-sitwazzjoni u nasal lura lejn id-dar qabel ma jkompli jidhol aktar il-lejl.
Ma domtx wisq f’dik is-sitwazzjoni ta’ stennija, li ma narax karozza tieqaf quddiemi. In-nies ta’ go fiha kienu mera taghna. Koppja zghira b’tifel ckejken fuq wara. Il-mara nizzlet il-hgiega tat-tieqa u stasietni jekk kellnix bzonn ta’ ghajnuna. Tlabtha jekk setghux ikunu ta’ qalb generuza u jgibulna gallun fuel.
“ Certament,” qalet il-mara, “Emmini li kien hemm cirkustanzai meta anke ahna spiccalna l-fuel f’nofs ta’ triq.”
Kienu lura f’ghaxar minuti. Ma kellix kliem biex nirringrazzjahom u hallasthom tal-fuel. Fi triqti lura radd il-hajr lil Marija Ssma li semghet talbi fis-siegha tal-bzonn u talli ghallmitni lezzjoni kbira fil-virtu tal-hniena.
Li tkun hanin ifisser li tnissel fih attitudni ta’ kompassjoni lejn il-mizerja u l-htigijiet ta’ haddiehor, attitudni li tird tissarraf f’azzjoni. Li jkollok qalb li taf thenn ifisser li trid twarrab l-egozimu u tidhol ghas-sagrificcju bhal dik il-koppja li assistit il-familja wieqfa fil-karozza bla fuel.
Irridu nistaqsu lilna nfusna jekk hux qed nifthu qalbna ghal dawk inqas ixxurtjati minna. Jekk le, jew mhux bizzejjed ingibu quddiem ghajnejna lil Imqaddsa Vergni Marija bhal
a mudell.
Marija, li ahna nsejhulha Omm l-aktar Hanina, ghaddiet hajjitha tkun ta’ servizz ghal ohrajn. Filwaqt li tbatijiet kienu qed jistennewha, hija ghazlet li tkun Omm Alla ghal imhabba tal-bniedem fid-dnub. Hija gabet fid-dinja ghalina l-bnedmin, lil Kristu Gesu’ – Imhabba Nkarnata . Marija Ssma li qatt ma hija ‘l boghod mill-morda jew dawk li qed jigu persegwitati jew fi bzonnijiet ohra turina kif ghandna nghixu b’qalb miftuha ghal ohrajn.
Ahseb ftit kif Marija salvat lit-tarbija Gesu’ mill-persekuzzjoni ta’ Erodi billi flimkien ma’ Guzeppi harbet lejn l-Egittu.
Ahseb kemm Marija nkwetat ghal gharajjes ta’ Kana meta ndunat li naqsilhom l-imbid: tablet lil Gesu biex jibdel l-ilma f’imbid.
Bhal Marija li marret izzur lil qaribitha Elizabetta meta saret taf li kienet ser issir omm u baqghet maghha tghinha fil-bzonnijiet taghha ghal tlett xhur. Bhalha rridu ninsew lilna nfusna u nkunu ta’ servizz ghal haddiehor.
Aghtu harsa madwarkom u araw dinja mkissra. Inkunu sensittivi lejn dawk taht toqol ta’ salib – lil dawk li jbatu l-guh, lil dawk li huma bla djar, lill-fqar, lill-morda, lill-habsin u lil dawk li huma mdejqa. Itlob, ahfer, kun ta’ konfort. Xaqleb dejjem lejn in-naha tal-hniena.
Marija Ssma li hija msejha, Regina tal-Hniena, tistedinna biex ninghaqdu mal-familja nobbli taghha. Kif jghid William Shakespeare li nobbli hu minn jilbes l-insigna ta’ hniena.