jesusandmary

 

IS-SANTWARJU KATTOLIKU TAL-MADONNA TA’ WALSINGHAM, INGILTERRA.

Id-dehra tal-Madonna ta’ Walsingham hija wahda mill-ewlenin apparizzjonijiet marjani fl-istorja. . Richeldis de Faverches, armla nobbli li kienet tghix gewwa Norfolk fi zmien ir-renju ta’ Dwardu l-Konfessur, talbet lill- Madonna biex tispiraha biex taghmel xoghol ta’ karita’. Bi twegiba, is-S
injura hadet lil Richeldis permezz ta’ vizzjoni gewwa id-dar f’Nazaret fejn sehhet it-tahbira ta’ l-anglu. Talibtha biex tibnilha replika gewwa Walsingham biex tkun ta’ tifkira ghall-ferh ta’ Marija meta l-anglu waslilha l-ahbar ta’ l-Inkarnazzjoni. Id-dar saret santwarju, post ta’ pellegrinaggi u mirakli.

Bosta reijiet zaru dan is-santwarju u hafna poeti kitbu inni u poeziji ta’ tifhir. Is-santwarju kien immexxi minn kommunita religjuza. Bl-approvazzjoni tal-papa l-kanonci agostinjani bnew kunvent (c 1150) u Walsingham sar wahda mis-santwarji kbar tal-kristjanezmu medjovali. Bir-riforma fis-sena 1538, il-kunvent ghaddha f’idejn il-kummissarji tar-re u l-famuza statwa tas-Sinjura ta’ Walsingham ittiehdet f’Londra u nharqet. Il-lum xejn ma ghadu jezisti mis-santwarju originali, imma s-sit huwa mfakkar fil-bitha tas-santwarju tal-lum.

Wara l-qerda tas-santwarju, Walsingham spicca minn post ta’ pellegrinaggi. Id-devozzjoni marjana kienet baqghet hajja fil-mohbi, sakemm fis-sena 1829 il-pubbliku seta’ jesprimi atti ta’ fidi bid-deher. Fis-sena 1896 Charlotte Pearson Boyd xtrat ir-rovini tal-kappella u rrestawrata ghal uzu tal-kattolici inglizi. Kienet l-ghaqda tas-Sinjura tal-Fidwa li fis-sena 1897, 20 ta’ Awissu, organizzat l-ewwel pellegrinagg lejn Walsingham.

Zjajjar aktar spissi bdew jigu organizzati lejn din il-kappella sa ma dan il-lok imqaddes sar post ta’ devozzjoni kbira u l-pellegrinaggi kibru fin-numru. F’Awissu 19, tas-sena 1934, il-kardinal Bourne u l-isqof Lawrence Youens mexxew lil isqfijiet ta’ l-Ingilterra u Wales flimkien ma’ 10, 000 pellegrin lejn din il-kappella. F’din l-okazzjoni din il-kappella giet dikjarata Santwarju Nazzjonali tal-Kattolici Rumani Inglizi. Fi zmien il-gwerra, Walsingham kienet zona restretta u maghluqa ghall-vizitaturi, imma hafna kienu n-nies tas-servizz, kemm irgiel kif ukoll nisa li wrew interess f’dan is-santwarju. Fis-17 ta’ Mejju 1945, il-Forzi Amerikani organizzaw l-ewwel quddiesa fil-gonna tas-santwarju sa minn zmien ir-Riforma.

Il-pellegrinagg tal-garr tas-Sailib li sar ghall-Paci, Penitenza u Talb fis-sena 1948 beda’ tradizzjonijiet li baqghu hajjin u jirrepetu ruhhom sal-lum. Matul il-Gimgha Mqaddsa l-istudent ghadhom igorru s-Salib f’pellegrinagg lejn din il-kappella. Is-sena 1968 rat lill-patrijiet Maristi jiehdu r-responsabilita tas-santwarju u flimkien mas-sorijiet u volontiera ohra joffru l-ghajnuna lill-pellegrini. Matul iz-zjara ta’ Giovanni Pawlu II fl-Ingilterra fis-sena 1982, l-istatwa tas-santwarju giet mehuda go Wembly Stadium u hemm merfugha fuq l-ispalla madwar l-istadium qabel il-quddiesa tal-papa. Kien l-istess Papa Gwann Pawlu II li nsista li l-istatwa titqieghed fuq l –artal ghall- waqt il-quddiesa. F’gheluq ic-centinarju tal-pelleginagg tas-sena 1897, l-ghqda tas-Sinjura tal-Fidwa irregalat tieqa msejha tat-thabbira ta’ l-Anglu biex tibqa’ bhala tifkira ta’ dan l-avveniment kbir u importanti.

ARA T-TIFSIRIET TAX-XBIHA TA’ WALSINGHAM RIPRODOTTA HAWN TAHT.

Make a free website with Yola