jesusandmary

 

IS-SANTWARJU TA’ MARIAPOCS

Is-santwarju ta’ Mariapocs huwa knisja kattolika griega tar-rit bizantin li jinsab go villagg zghir fl-Ungerija, imiss mat-territorju russu.

L-immagini meqjuma f’dan is-santwarju hija ikona tal-Madonna . Iskrizzjoni taqra “Jiena, qaddej tal-Mulej, impingi din l-ikona bhala tpattija ta’ dnubieti.” Mariapocs hija belt zghira gewwa l-Ungerija u lokal importanti billi l-post hu wiehed ta’ pellegrinaggi. Il-knisja ta’ dan il-post hija knisja kattolika griega u fih hemm il-Madonna maghrufa bhala l-Madonna li Kbiet.

Ma hiex ikona originali, izda kopja tad-19 il-seklu. L-originali hija mizmuma gewwa il-Katidral ta’ San Stiefnu. Mariapocs huwa l-aktar post li jzuruh pellegrini biex joffru l-qima taghhom lill-Omm il-Mulej. Huwa mahsub li madwar it-800,000 pellegrin u turist izuruh kull sena. L-isem tal-villagg jidher ghal l-ewwel darba f’kitbiet ta’ matul it-tlettax-il seklu, imma minghajr il-prefiss Maria, bhala patrimonju tal-familja Bathory u xi sekli wara bhala patrimonju tal-familja Karolyi.

L-importanza li ha dan il-villagg li ma kien xejn imsemmi, jibda’ fis-sena 1696 bil-knisja zghira mibija mill-injam, tal-kommunita’ lokali griega kattolika.

 STORJA

 Membru tal-kommunita’ ta’ Pocs ried juri l-hajr tieghu ghall-harba mirakoluza minn taht idejn l-ghadu, it-torok, lil Marija Ssma billi joffri ikona tal-Vergni lill-knisja. L-esekutur ta’ l-ikona kien hu wiehed mis-sacerdoti tal-lokal, jismu Istvan Papp li taghha ha il-hlas ta’ sitt fjorini. Waqt il-liturgija tas-6 ta’ Novembru tas-sena 1696 il-fidili prezenti fil-knisja innutaw li xi dmugh beda’ jgembel ma’ haddejn il-Vergni. Din l-ahbar qanqlet kurzita’ kbir fost il-poplu kollu li gie biex izur ix-xbiha. Mal-folla li zaret l-ikona kien hemm ufficcjali ta’ l-imperatur, u ta’ knejjes ohra. Ix-xbiha xerrdet dmugh ghal gimghatejn shah u ghal xi periodi ohra qosra sat-8 ta’ Dicembru.

IL-KWADRU TAS-SANTWARJU GEWWA MARIAPOCS

Il-general awstrijak, il-Konti Corbelli ghamzel zjara lill-knisja flimkien ma’ l-ufficcjali tieghu, ezamina l-kwadru bir-reqqa u mesah b’maktur id-dmugh li kien niezel ma’ wicc il-Vergni Marija Ssma. Huwa ried li nies ohra jezaminzw il-kwadru fosthom Luterani u Kalvinisti. Il-knisja minn naha taghha ezaminat il-kwadru fuq ordni ta’ l-isqof ta’ Eger u x-xiehda kollha qalu taht gurament li x-xbiha kbiet tassew u sahansitra ffirmaw ix-xiehda taghhom. Interessanti l-fatt li fost ix-xiehda li ghamlu dan, kien hemm mhux biss nies kattolici izda wkoll protestanti. U dan aktar jaghti valur lil dawn id-dokumenti meta tqis li z-zminijiet ma kienux zminijiet ekumenici pacifici fejn  ir-religjonijiet jiltaqghu biex jitolbu flimkien.

 Dawn id-dokumenti kollha wiehed jista’ isibhom fil-kollezzjoni Hevenesi gewwa l-Universita’ ta’ Budapest.Ghalkemm il-mezzi ta’ kommunikazzjoni ma kienux effettivi daqs tal-lum, l-ahbar xtered malajr u waslet fil-Qorti Imperjali ta’ Vienna. Minn hawn harget l-ordni li l-kwadru jingieb fil-belt imperjali. Jinghad li l-Kaiser awstrijak ma ghamlix hekk biex jisraq oggetti ta’ siwi bhalma kienu jaghmlu bosta hakkiema, izda mqanqal mid-devozzjoni li kellu lejn l-Omm Ssma. U ezempju ta’ dan huwa l-fatt li hu kkontribwixxa s-success tal-battalja ta’ Zena kontra t-torok lil intercesjoni tal-Vergni tad-Dmugh ta’ Pocs.Il-kwadru ta’ Pocs wasal fi Vienna fost festi u ferh kbir. Wasal fl-4 ta’ Lulju 1679 u gie mqieghed gewwa Stephansdom ta’ Vjenna xi gimghat wara.

GWANN PAWLU II IQADDES GEWWA MARIAPOCS

 hemm ghadu sal-lum fuq altar taht baldakkin ta’ l-irham, fejn hemm devozzjoni kbira lejh. Jekk dan l-avveniment kien ta’ ferh ghan-nies ta’ Vjenna, ghall-poplu

 ta’ Pocs kien daqqa ta’ stallett. Saru talbiet lil imperatur biex il-kwadru jigi ritornat lura lill-villagg ta’ Pocs, izda kien kollu ghalxejn. It-talba qatt ma giet milqugha.Saru kopji tal-kwadru biex jitqassmu kemm gewwa l-Ungerija u f’lokalitajiet ohra. Kopja minnhom tqieghdet gewwa Pocs ghall-venerazzjoni tal-poplu tal-villagg. Ta’ l-ghageb huwa l-fatt li la l-original gewwa Vjenna u l-anqas l-kopji mxerrda ma’ bosta lokalitajiet ma kbew aktar izda biss l-kopja li kienet tinstab gewwa Pocs.

Waqt li fl-1 ta’ Awissu tas-sena 1715 il-kappillan Mihaly Papp kien qed imexxi is-servizz liturgiku ta’ filghodu, intlemah li l-figura ta’ Marija bdiet tikbi. Mijiet ta’ nies raw dan il-fenomenu mirakoluz li dam ghal sighat matul il-jiem ta’ l-1, 2 u l-5 ta’ Awwissu. L-isqof ta’ Eger, Gabor Antal Erdody ried li jsir ezami ufficcjali ta’ dawn il-grajjiet u x-xiehda kollha awtentikaw dan il-fatt. Irhama mal-kappellun tikkommemora din il-grajja.Fatt sinifikanti li rega’ sehh fil-knsija ta’ Mariapocs kien meta ghal darb’ohra x-xbiha xerrdet id-dmugh. Kien fit-3 ta’ Dicembru tas-sena 1905 meta Frater Kelemen P. Gavris li kien qed imexxi pellegrinagg fetah il-bieba tal-kwadru u lemah il-Madonna tikbi ghal darb’ohra. 

 Din kienet it-tielet u l-ahhar darba. Dan dam sejjer sa l-ahhar jum tas-sena ghalkemm mhux kontinwament. U fuq ezami ta’ l-awtorita’ ekklesjatika u sekulari, saru konkluzzjonijiet li l-fatt hu wiehed awtentiku.Wara li sehh it-tieni fenonenu, ma kienx possibbli li l-knisja ta’ l-injam tibqa’ dik li kienet billi hafna pellegrini kienu jigu hemm biex izuru x-xbiha. Kienet zghira wisq biex tilqa’ dak l-influss kbir ta’ nies u gie deciz li timbena’ knisja ohra minflokha. Il-knisja imbniet bejn is-snin 1731 u 1756 fuq stil barokk u giet dedikata lil San Mikiel . Iz-zewg kampnari bil-koppla forma ta’ basla kienu kompletament lesti fis-sena 1856. Matul is-snin 1893 u 1896, u aktar tard fis-sena 1991 sar xi restwar gewwa l-knisja.L-ikonastasis (il-post fejn jinstabu esposti diversi ikoni) imbdiet timbena’ fis-sena 1785 u ntemmet tlett snin wara. Xi whud minnhom imbidlu ma’ ohrajn godda fis-sena 1896. Matul is-snin sar xi tibdil iehor, bhal per ezempju, meta x-xbiha mirakoluza tnehhiet mill-ikonastasis u tqieghdet fil-post prezenti, kappella addatta ghaliha; pitturi artistici saru bejn is-snin 1944 – 1945 minn József Boksay u Emmanuel Petrasovszki. Papa Piju XII gholla dan is-santwarju ghad-dinjita’ ta’ bazilka minuri fis-sena 1948.

Imma l-jum il-kbir ghal Mariapocs u ghal istorja tal-kommunita’ griega kattolika kien il-jum tat-18 ta’ Awissu tas-sena 1991 meta l-Papa Gwann Pawl II zar l-Ungerija u ccelebra il-Quddiesa bir-rit bizantin quddiem ix-xbiha ta’ Marija tad-Dmugh fil-prezenza ta’ mijiet ta’ eluf ta’ fidili.Fl-1 ta’ Dicembru tas-sena 2005 l-Episkopat Ungeriz habbar li Mariapocs hija Santwarju Nazzjonali. Imbaghad il-Kardinal u President ta’ l-episkopat, Péter Erdő, qieghed Kuruna tad-Deheb fuq Ras il-Madonna, imbierka minn Papa Benedittu.

 

 

IL-KAPPELLA LI TOSPITA L-KWADRU MIRAKOLUZ

 

 

L-IKONASTATIS FI-SANTWARJU

 

 

IL-KAPPELLA LATERALI FEJN JINSAB IL-KWADRU

Make a free website with Yola