jesusandmary

 

 

IS-SINJURA TAT-TAMA

Fil-25 ta’ Gunju 1697, familja kattolika f’Ruma, iccelebrat it-twelid tat-tifla taghhom. Imma ftit kienu jafu l-genituri ferhanin taghha li l-Providenza Divina ddestinat lil din it-tifla zghira biex tkun strument nobbli f’idejh biex jintroduci fil-knisja wahda mill-isbah invokazzjonijiet lil Omm Alla: Madonna tal-Fiducja.

Meta kienet ghadha zaghzugha, Claire Isabella Forani dahlet religjuza u ghamlet parti mill-kommunita’ tal-Klarissi Fqar ta’ San Frangisk fil-belt ta’ Todi, l-Italja. Hija kienet thajjar li ta’ madwarha biex kull membru jghix hajja ta’ penitenza iebsa u ghaddiet minn diversi tribulazzjonijiet matul hajjitha. It-tbatijiet taghha ppurifikawlha lir-ruhha u hejjewha biex tircievi grazzji kbar mistici; numeruzi kienu l-vizzjonijiet u l-estasi taghha. Kristu taha l-grazzja li tbati ghalih, hekk li hija rceviet l-Istigmatai tal-Passjoni tieghu.

Is-soru Clare kellha devozzjoni specjali lejn l-Imqaddsa Vergni Marija, devozzjoni li hija pprezentat fi kwadri sagri li din il-qaddejja ta’talent pingiet b’idejha stess.

Hafna mix-xbihat tal-Madonna mahduma mis-soru Clare kienu jew originali jew kopji; dawn kien jiccirkulaw hafna fost id-devoti billi kienet taghtihom li konfessuri taghha li minn naha taghhom kienu jghadduhom lid-devoti marjani. Hafna minn dawk li kienu jircevuhom sabu konsolazzjoni fil-htigijiet taghhom.

Sa ma mietet fil-fwieha tal-qdusija fis-sena 1744 swor Clare dejjem zammet qrib taghha pittura ovali tal-Madonna Vergni thaddan lit-tarbija Gesu’ fuq id- driegh taghha. Hafna grazzji huma attribwiti lil din ix-xbiha li baqghet fil-belt ta’ Todi. Kienu l-morda li l-aktar raw beneficcji permezz ta’ l-intercessjoni ta’ din l-Omm Imqaddsa.

Marija l-Omm tat-Tama, fik ahna nafdaw

Kopja ta’ din ix-xbiha tinsab meqjuma fis-seminarju magguri hdejn il- Bazilka ta’ San Gwann il-Lateran. Din ix-xbiha kienet kawza li d-devozzjoni marjana lejn Sidtna Marija taht it-titlu ta’ l-Omm tat-Tama, kibret u xterdet. Il-pittura waslet Ruma b’kopja ta’ dokument miktub mill-qaddejja ta’ Alla Swor Clare li kull min b’devozzjoni jersaq lejn din l-Omm tat-Tama isib ir-Rifugju. Dan id-dokument ghadu jezisti sal-lum.

Is-seminarju minn dejjem zamm din ix-xbiha b’ghozza kbira. L-istudenti dejjem qieghdu t-tama taghhom f’din l-Omm u hija qatt ma naqset li tisma’ it-talb taghhom.

Ta’ min isemmi l-protezzjoni kompleta li tat il-Madonna tat-Tama lis-seminaristi kontra l-kolera li hasdet bost hajjiet fl-Italja matul is-sena 1837.

Meta tletin sena wara regghet faqqet il-kolera fin-naha t’isfel ta’ l-Italja sa ma waslet fil-belt eterna l-mant tal-Madonna rega’ inhass ghaliex l-Imqaddsa Vergni Marija ma halliet lil hadd jiccappas b’din il-marda.

Matul l-ewwel gwerra dinjija is-seminaristi gew mibghuta ghall-gwerra u kollha kienu jiktbu fuq l-ghegubijiet li kienet tahdem Marija fuq dawk li kienu jitlobu l-ghajnuna taghha.

Il-Weghda

Is-soru Clare Isabella halliet bil-miktub dak li weghdet Marija Ssma lil dawk li jqieghdu tamithom fiha.

Hekk kitbet is-soru qaddisa: “ Is-Sinjura tas-Sema rrivelatli li kull minn jersaq lejn din ix-xbiha taht it-titlu hija taqghlalhu l-mahfra generali ta’ dnubietu minghand Binha Gesu’. Assiguratni li hija turi imhabba specjali ta’ omm lil kull min jahseb fuq din ix-xbiha.

Kull min jghid it-talba gjakolatorja: Omm tieghi Tama tieghi, Marija taghtih kollox u ma titlob xejn lura. Hija espressjoni kompleta ta’ abbandun u konfidenza f’idejn l-Imqaddsa Omm. Bhalma l-appostlu Tumas f’riglejn Gesu’ li qam mill-mewt stqarr “Mulej tieghi u Alla tieghi” hekk ukoll id-devoti ta’ Marija Vergni quddiem din ix-xbiha mirakoluza jirreptu mill-qalb dawk il-kelmiet tant helwin: Omm tieghi Tama tieghi. (Mater Mea Fiducia Mea.)


Make a free website with Yola