jesusandmary

 

 Kuruna ta' Regina.

 

Imdorrijin naraw xbihat ta' Marija Ssma Regina u Sultana taghna, inkurunati fil-knejjes taghna, fid-djar taghna u fil-kappelli mxerrdin ma' Malta u Ghawdex. Imma l- kuruna li taghmel lil Madonna Regina, ma hiex dik tad-deheb, imzejna bid-djamanti u hagar iehor prezzjuz imma kuruna ohra, dik tar-Ruzarju. Il-Madonna sejhet lilha nnfisha Regina meta f'idejha kellha l-Kuruna tar-Ruzarju.

 Lir-rghajja ta' Fatima hija qaltilhom: " Jiena r-Regina tar-Ruzarju. Ghidu r-Ruzarju kuljum....... Itolbu, itolbu hafna, u offru it-tbatijiet taghkom ghall-midimbin..... Jiena is-Sinjura tar-Ruzarju Jiena biss nista nghinkom. Fl-ahhar il-Qalb Immakulata tieghi tohrog rebbieha." Il-kelma Ruzarju tfisser "kuruna ta' ward." Il-warda hija r-regina tal-fjuri, u ghaldaqstant ir-Ruzarju hija l-warda tad-devozzjonijiet kollha. Hija talba ta' siwi kbir hafna u talba perfetta ghaliex tfakkarna fl-istorja tas-salvazzjoni taghna. Infatti bir-Ruzarju nimmeditaw il-misterji tal-Ferh, Tbatija, tad-Dawl u il-Glorja ta' Kristu.

 Talba semplici hafna. Talba li nistghu facilment nghiduha ma' Marija, Omm taghna u Omm Alla u nistednuha titlob ghalina kull hin u kull mument tal-jum specjalment fil-hin tal-mewt taghna. Tiswa hafna ghax it-talba hija muftieh ta' kull ma nixtiequ naqalghu, ghax dak kollu li titlob Marija minghand Gesu', Gesu ma' jirrifjutalha xejn. Kull meta dehret lil bnedmin dejjem ghaddiet il-messagg ta' talb bir-Ruzarju. Bir-Ruzarju ngibu bidla fil-qlub. Bir-Ruzarju ta' kuljum titbieghed il-hsara minn darek u pajjizek.

Tidher talba ripetitiva izda hija bhal zewg mahbubin li f'mument ta' imhabba jghidu lil xulxin ghal hafna drabi" Jiena nhobbok." Jekk tassew irridu nkunu devoti ta' din l-omm taghna u nixtiequ nuruha bil-fatti li ahna sudditi taghha u li nistennewha tidhol ghalina quddiem Alla biex ihenn ghalina, ghandna naqbdu l-kuruna tar-Ruzarju u ntennulha din it-talba ghaziza ghaliha kuljum. Meta l-knisja hasset li kienet ghaddejja minn tigrib spiritwali kbir, dejjem rrakomandat lill- fidili biex jghidu bil-qalb ir-Ruzarju. Din it-talba hija arma li x-xitan tant jibza' minnha ghax il-Madonna rabtet is-salvazzjoni taghna mar-Ruzarju ta' kuljum. Kull meta dehret lil xi hadd biex permezz tieghu twassal il-messagg taghha lil bnedmin dejjem sahqet u rrakomandat li n-nies jghidu r-Ruzarju ghax b'hekk Alla jipplaka mill-korla gusta tieghu ghall-hazen tal-bnedmin u jaghti l-helsien u s-salvazzjoni lill-midimbin. Il-Papiet dejjem stinkaw biex il-fidili jghidu r-Ruzarju kuljum. Niftakru sew t-tahbrik tal-Papa Giovanni Pawlu II biex ir-Ruzarju jinghata spinta 'l quddiem fil-hajja tan-nisrani.

Waqqaf sena tar-Ruzarju u sahansitra hareg enciklika fuq din it-talba marjana. "L-Imqaddsa Vergni f'dawn l-ahhar zmienijiet li fihom qed nghixu tatna mezz effikaci hafna li bir-recita tar-Ruzarju ma hemmx problema kbira kemm hi kbira, temporali jew spiritwali, fil-hajja personali taghna jew tal-familja taghna li ma nirbhuiex bir-Ruzarju. Ma hemm ebda problema , nghidilkom, difficli kemm hi difficli li ma nsibux tarfha bit-talba tar-Ruzarju." Swor Lucija dos Santos.

Dan li twieghed Marija Ssma ghal min jghid r-Ruzarju: "Nwieghed lil dawk li jghidu bid-devozzjoni ir-Ruzarju, jircievu minghandi grazzji kbar u protezzjoni specjali. Ir-Ruzarju jkun ghalihom tarka kontra l-infern, qerda tal-vizzju, inaqqas id-dnub u jirbah l-ereziji. Jikbru l-virtu' u l-opri tajba. Bhala rizulatat ta' dan l-erwieh jikbru aktar fl-imhabba lejn Alla u tinzera' fihom stmerrija lejn il-hwejjeg tad-dinja. Tikber il-qdusija fost l-erwieh. Ir-ruh li tirrakomanda lilha infisha lili permezz tar-Ruzarju ma tintilifx. Min jghid ir-Ruzarju filwaqt li jimmedita il-Misterji Mqaddsa ma jsibx il-mewt ghal gharrieda u jkun jisthoqqlu l-hajja eterna. Min hu devot tar-Ruzarju ma jmutx minghajr Sagramenti u f'hajtu jkun immexxi mill-grazzja t'Alla. Tiehdu dak kollu li titolbuni bir-Ruzarju. Dawk kollha li jghidu ir-Ruzarju huma uliedi, l-ahwa subien u bniet ta' l-uniku Iben tieghi, Gesu'. Ir-recita tar-Ruzarju hija sinjal car ta' predestinazzjoni."

Make a free website with Yola